+Artikolu 19
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 1a.
---+Artikolu 19 1b.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
|
Artikolu 19
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tissorvelja l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 19 1a.
|
Għall-maniġers imsemmija fl-Artikolu 2(2), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tkun responsabbli mis-sorveljanza tal-konformità u tal-adegwatezza tal-arranġamenti u l-organizzazzjoni tal-maniġer, sabiex dak il-maniġer ikun f’pożizzjoni li jikkonforma mal-obbligi u r-regoli li huma relatati mal-kostituzzjoni u l-funzjonament tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti li jimmaniġġja.
|
|
Artikolu 19 1b.
|
Għal fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti ġestit minn maniġer kif imsemmi fl-Artikolu 2(2), l-awtorità kompetenti ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandha tkun responsabbli mis-superviżjoni tal-konformità tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti mar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 u l-punti (c) u (i) tal-Artikolu 14(1). L-awtorità kompetenti tal-fond tal-intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandha tkun responsabbli wkoll mis-superviżjoni tal-konformità ta’ dak il-fond mal-obbligi stabbiliti fir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-fond.
|
|
Artikolu 19 2.
|
Fejn ikun hemm raġunijiet ċari u dimostrabbli li jwasslu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti biex temmen li maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkun kiser dan ir-Regolament fi ħdan it-territorju tagħha, din għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju b’dan. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tieħu miżuri xierqa.
|
|
Artikolu 19 3.
|
Jekk il-maniġer ta’ fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti jippersisti li jaġixxi b’mod ċar bi ksur ta’ dan ir-Regolament, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jew jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tonqos milli tieħu azzjoni fi żmien raġonevoli, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista’, wara li tinforma l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, tieħu l-miżuri xierqa kollha meħtieġa sabiex tipproteġi l-investituri, inkluża l-projbizzjoni tal-maniġer tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti milli jwettaq kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni ulterjuri tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali kwalifikanti tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0346
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|