|
+Artikolu 1 Omoġeneità tal-iskoperturi sottostanti |
Artikolu 1 Omoġeneità tal-iskoperturi sottostantiArtikolu 1 Omoġeneità tal-iskoperturi sottostanti Għall-finijiet tal-Artikoli 20(8), 24(15) u 26b(8) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskoperturi sottostanti għandhom jitqiesu omoġenji meta jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
jikkorrispondu għal wieħed minn dawn it-tipi ta’ assi:
(i)
is-self residenzjali li huwa żgurat minn self ipotekarju wieħed jew aktar fuq proprjetà immobbli residenzjali jew li huwa garantit bis-sħiħ minn fornitur tal-protezzjoni eliġibbli fost dawk imsemmija fl-Artikolu 201(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u li jikkwalifika għall-iskala 2 jew aktar tal-kwalità kreditizja kif stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 ta’ dak ir-Regolament;
(ii)
is-self kummerċjali li huwa żgurat minn self ipotekarju wieħed jew aktar fuq proprjetà immobbli kummerċjali, inklużi uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor;
(iii)
faċilitajiet ta’ kreditu pprovduti lil individwi għal finijiet ta’ konsum personali, tal-familja jew tal-unità domestika, u faċilitajiet ta’ kreditu pprovduti lil intrapriżi fejn l-oriġinatur japplika l-istess approċċ ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu bħal dak għall-individwi mhux koperti taħt il-punti (i) u (ii) u l-punti (iv) sa (viii);
(iv)
faċilitajiet ta’ kreditu, inklużi self u lokazzjonijiet, fornuti għal kwalunkwe tip ta’ impriża jew korporazzjoni;
(v)
self u lokazzjoni ta’ karozzi;
(vi)
riċevibbli tal-karti ta’ kreditu;
(vii)
riċevibbli tan-negozju;
(viii)
skoperturi sottostanti oħrajn li huma meqjusa mill-oriġinatur jew mill-isponsor li jikkostitwixxu tip ta’ assi distint abbażi ta’ metodoloġiji u parametri interni;
(b)
dawn huma sottoskritti skont l-istandards li japplikaw approċċi simili għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu assoċjat;
(c)
ikunu servizzjati skont proċeduri simili għall-monitoraġġ, il-ġbir u l-amministrazzjoni ta’ flus riċevibbli;
(d)
fattur tal-omoġeneità wieħed jew aktar jiġu applikati skont l-Artikolu 2, meta applikabbli. Għall-finijiet tal-punt (a) ta’ dan l-Artikolu, meta skopertura sottostanti tikkorrispondi għal aktar minn tip wieħed ta’ assi, dik l-iskopertura għandha tiġi assenjata għal tip wieħed biss ta’ assi f’dik it-titolizzazzjoni. Kwalunkwe bidla fl-iskoperturi sottostanti f’aggregament li jitqies omoġenju skont dan ir-Regolament ma għandhiex taffettwa din l-omoġeneità meta dawn il-bidliet ikunu dovuti għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-oriġinatur jew tal-isponsor. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|