|
+Artikolu 2 1. |
Artikolu 2 1.Il-fatturi ta’ omoġeneità għat-tip ta’ assi msemmija fl-Artikolu 1(a)(i) għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a)
il-klassifikazzjoni tad-drittijiet ta’ sigurtà, li permezz tagħha l-aggregament tal-iskoperturi sottostanti jikkonsisti f’wieħed biss minn dawn li ġejjin:
(i)
self żgurat bi drittijiet ta’ sigurtà fuq proprjetà immobbli residenzjali kklassifikati fuq nett;
(ii)
self żgurat bi drittijiet fuq proprjetà immobbli residenzjali kklassifikati aktar ’l isfel u dawk kollha klassifikati preċedentment;
(iii)
self żgurat bi drittijiet ta’ sigurtà fuq proprjetà immobbli residenzjali kklassifikati aktar ’l isfel;
(b)
tip ta’ proprjetà immobbli residenzjali, li permezz tagħha l-aggregament jikkonsisti f’wieħed biss minn dawn it-tipi li ġejjin:
(i)
proprjetajiet li jipproduċu dħul;
(ii)
proprjetajiet li ma jipproduċux dħul;
(c)
ġuriżdizzjoni, li permezz tagħha l-aggregament jikkonsisti fi skoperturi żgurati minn proprjetajiet immobbli residenzjali li jinsabu fl-istess ġuriżdizzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|