+Artikolu 2 3.

Artikolu 2 3.

Fir-rigward tal-assigurazzjoni tal-ħajja, din id-Direttiva għandha tapplika:

(a) 

għall-attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja li ġejjin meta huma fuq bażi kuntrattwali:

(i) 

l-assigurazzjoni tal-ħajja, li tinkludi l-assigurazzjoni dwar is-soppravivenza sa età stipulata biss, l-assigurazzjoni fuq il-mewt biss, l-assigurazzjoni dwar soppravivenza sa età stipulata jew mewt aktar kmieni, l-assigurazzjoni tal-ħajja bir-ritorn ta’ premium, l-assigurazzjoni taż-żwieġ u l-assigurazzjoni fuq il-ħlas (twelid);

(ii) 

l-annwitajiet;

(iii) 

l-assigurazzjoni supplementari kuntrattata bħala żieda mal-assigurazzjoni tal-ħajja l-assigurazzjoni kontra l- korriment personali inkluża l-inkapaċità għall-impieg, l-assigurazzjoni kontra l-mewt li tirriżulta minn inċident, u l-assigurazzjoni kontra d-diżabbiltà li tirriżulta minn inċident jew mard;

(iv) 

it-tipi tal-assigurazzjoni permanenti tas-saħħa li mhix suġġett għall-kanċellament li teżisti bħalissa fl-Irlanda u fir-Renju Unit;

(b) 

għall-operazzjonijiet li ġejjin, meta huma fuq bażi kuntrattwali, sa fejn huma suġġetti għal superviżjoni mill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ assigurazzjoni privata:

(i) 

operazzjonijiet fejn assoċjazzjonijiet ta’ abbonati huma stabbiliti bl-għan li jikkapitalizzaw il-kontribuzzjonijiet tagħhom konġuntament u sussegwentement jiddistribwixxu l-attivi hekk akkumulati fost is-soppravissuti jew fost il-benefiċjarji tal-mejtin (tontini);

(ii) 

operazzjonijiet ta’ għoti lura ta’ kapital ibbażat fuq kalkolu attwarji fejn, b’ritorn għal pagamenti singoli jew perjodiċi miftiehma bil-quddiem, jittieħdu impenni ta’ durata u ammont speċifikat;

(iii) 

amministrazzjoni ta’ gruppi ta’ fondi ta’ pensjoni li tinkludi l-amministrazzjoni tal-investimenti, u b’mod partikolari l-attivi li jirrappreżentaw ir-riżervi ta’ korpi li jeffettwaw pagamenti fuq mewt jew soppravivenza jew fil-każ ta’ skontinwità jew waqfien ta’ attività;

(iv) 

l-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (iii) meta huma akkumpanjati b’assigurazzjoni li tkopri jew il-konservazzjoni ta’ kapital jew pagament ta’ mgħax minimu;

(v) 

l-operazzjonijiet imwettqa minn impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja bħal dawk imsemmija fil-Kapitolu 1, it-Titolu 4 tal-Ktieb IV tal-“Code des assurances” Franċiż.

(ċ) 

għall-operazzjonijiet li jirrelataw mat-tul tal-ħajja tal-bniedem li huma preskritti jew previsti f’leġislazzjoni ta’ assigurazzjoni soċjali, safejn huma effettwati jew amministrati minn impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja għar-riskju proprju skont il-liġijiet ta’ Stat Membru.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.