+Artikolu 6 Assistenza
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
|
Artikolu 6 Assistenza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal attività ta’ assistenza li twettaq il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-assistenza tkun ipprovduta fil-każ ta’ xi inċident jew waqfien li jinvolvi vettura tat-triq meta l-inċident jew il-waqfien iseħħ fit-territorju tal-Istat Membru tal-impriża li tipprovdi l-kopertura;
(b)
ir-responsabbiltà għall-assistenza tkun limitata għall-operazzjonijiet li ġejjin:
(i)
servizz fuq il-post għal waqfien minħabba ħsara li għalih l- impriża li tipprovdi kopertura tuża, fil-biċċa l-kbira taċ-ċirkostanzi, il-persunal u t-tagħmir tagħha;
(ii)
il-ġarr tal-vettura għall-eqreb lokalità jew dik l-iktar xierqa fejn jistgħu jitwettqu t-tiswijiet u possibilment l-akkumpanjament, normalment bl-istess mezzi ta’ assistenza, tax-xufier u l-passiġgieri għall-eqreb lokalità minn fejn huma jkunu jistgħu jkomplu bil-vjaġġ tagħhom b’mezzi oħrajn; u
(iii)
fejn ikun previst mill-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża li tipprovdi l-kopertura, il-ġarr tal-vettura, possibilment akkumpanjata mix-xufier u l-passiġġġieri, lejn id-dar tagħhom, il-post tat-tluq jew tad-destinazzjoni oriġinali fl-istess Stat; u
(ċ)
l-assistenza ma tkunx imwettqa minn impriża suġġetta għal din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 6 2.
|
Fil-każijiet imsemmija fil-punti (i) u (ii) tal-punt (b) tal-paragrafu 1, il-kondizzjoni li l-inċident jew il-waqfien minħabba ħsara għandu jkun seħħ fit-territorju tal-Istat Membru tal- impriża li tipprovdi l-kopertura ma għandhiex tkun applikabbli meta l-benefiċjarju jkun membru tal-korp li qed tipprovdi l-kopertura u s-servizz ta’ waqfien minħabba ħsara jew il-ġarr tal-vettura jkun ipprovdut sempliċement fuq preżentazzjoni ta’ karta ta’ sħubija, mingħajr ma jitħallas premium addizzjonali, minn korp simili fil-pajjiż ikkonċernat fuq il-bażi ta’ ftehim reċiproku, (jew, fil-każ tal- Irlanda u r-Renju Unit, meta l-operazzjonijiet ta’ assistenza jkunu pprovduti minn korp singolu li jopera fiż-żewġ Stati.
|
|
Artikolu 6 3.
|
Din id-Direttiva ma tapplikax fil-każ ta’ operazzjonijiet imsemmija fil-punt (iii) tal-punt (b) tal-paragrafu 1, fejn ikun seħħ l-inċident jew il-waqfien minħabba ħsara fit-territorju tal-Irlanda jew, fil-każ tar-Renju Unit, fit-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq u l-vettura, possibbilment akkumpanjata mix-xufier u l-passigġieri, titwassal sad-dar tagħhom, sal-punt tat-tluq jew sad-destinazzjoni oriġinali f’wieħed jew l-ieħor mit-territorji.
|
|
Artikolu 6 4.
|
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal operazzjonijiet ta’ assistenza mwettqa mill-Automobile Club tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu meta inċident jew waqfien ta’ vettura fit-triq minħabba ħsara jkunu seħħu barra mit-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-assistenza tikkonsisti fil-ġarr tal-vettura li kienet involuta f ‘dak l-inċident jew li waqfet minħabba ħsara, possibilment akkumpanjata mix-xufier u l-passiġġieri lejn id-dar tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|