|
+Artikolu 13 Definizzjonijiet |
Artikolu 13 DefinizzjonijietArtikolu 13 Definizzjonijiet Għall-fini ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni diretta tal-ħajja jew mhux tal-ħajja li rċeviet l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 14;
(2)
“impriża tal-assigurazzjoni ‘captive’” tfisser impriża tal-assigurazzjoni li tkun il-proprjetà ta’ impriża finanzjarja diversa minn impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ jew tkun il-proprjetà ta’ grupp ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ fis-sens tal-punt (c) tal-Artikolu 212(1), jew tkun il-proprjetà ta’ impriża mhux finanzjarja, u li l-iskop tagħha jkun li tipprovdi kopertura assigurattiva esklussivament fir-rigward tar-riskji tal-impriża jew l-impriżi li tagħhom tkun proprjetà jew fir-rigward tar-riskji ta’ impriża jew impriżi tal-grupp li tiegħu tkun membru;
(3)
“impriża tal-assigurazzjoni ta’ pajjiż terz” tfisser impriża li jkollha bżonn awtorizzazzjoni bħala impriża tal-assigurazzjoni f’ konformita’ mal-Artikolu 14 kieku l-uffiċċju ewlieni tagħha kien jinsab fil-Komunità;
(4)
(5)
“impriża tal-assigurazzjoni ‘captive’” tfisser impriża tal-assigurazzjoni, li tkun il-proprjetà ta’ impriża finanzjarja li mhix impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ jew ta’ grupp ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ fis-sens tal-punt (c) tal-Artikolu 212(1), jew li tkun il-proprjetà ta’ impriża mhux finanzjarja, u li l-iskop tagħha jkun li tipprovdi kopertura assigurattiva esklussivament fir-rigward tar-riskji tal-impriża jew l-impriżi li tagħhom tkun proprjetà jew fir-rigward tar-riskji ta’ impriża jew impriżi tal-grupp li tiegħu tkun membru;
(6)
“impriża ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ li tinsab f’pajjiż terz” tfisser impriża li li tkun teħtieġ awtorizzazzjoni bħala impriża tar-riassigurazzjoni skont l-Artikolu 14 kieku l-uffiċċju ewlieni tagħha kien jinsab fil-Komunità;
(7)
“riassigurazzjoni” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
l-attività li tikkonsisti fl-aċċettazzjoni ta' riskji ċeduti minn impriża ta' assigurazzjoni jew impriża ta' assigurazzjoni minn pajjiż terz jew minn impriża oħra ta' rijassigurazzjoni jew impriża ta' riassigurazzjoni minn pajjiż terz;
(b)
fil-każ tal-assoċjazzjoni ta' underwriters magħrufa bħala Lloyd's, l-attività li tikkonsisti fl-aċċettazzjoni ta' riskji ċeduti minn kwalunkwe membru ta' Lloyd's, minn impriża ta' assigurazzjoni jew ta' riassigurazzjoni minbarra l-assoċjazzjoni ta' underwriters magħrufa bħala Lloyd's; jew
(c)
il-provvista ta' kopertura minn impriża ta' riassigurazzjoni lil istituzzjoni li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(8)
“Stat Membru tal-pajjiż” tfisser waħda jew l-oħra milli ġejjin:
(a)
għal assigurazzjoni mhux tal-ħajja, l-Istat Membru li fih ikun jinstab l-uffiċċju ewlieni tal- impriża tal-assigurazzjoni li tkopri riskju;
(b)
għall-assigurazzjoni tal-ħajja, l-Istat Membru li fih l-uffiċċju ewlieni tal-impriża tal-assigurazzjoni li tkopri l-impenn jinstab; jew
(9)
“Stat Membru ospitanti” tfisser l-Istat Membru għajr mill-Istat Membru ta’ domiċilju fejn impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ għandha fergħa jew tipprovdi s-servizzi; għall-assigurazzjoni tal-ħajja jew mhux tal-ħajja, l-Istat Membru tal-provvediment tas-servizzi tfisser, rispettivament, l-Istat Membru tal-impenn jew l-Istat Membru fejn ikun jinsab ir-riskju, fejn dak l-impenn jew ir-riskju jkun kopert minn impriża tal-assigurazzjoni jew fergħa li tkun tinsab fi Stat Membru ieħor;
(10)
“awtorità superviżorja” tfisser l-awtorità nazzjonali jew l-awtoritajiet nazzjonali mogħtija s-setgħa mil-liġi jew minn regolamenti biex jissupervizzaw impriżi tal-assigurazzjoni jew ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ ;
(11)
“fergħa” tfisser fergħa ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha;
(12)
“l-istabbiliment” ta’ impriża tfisser l-uffiċċju ewlieni jew kwalunkwe waħda mill-fergħat tagħha;
(13)
“Stat Membru li fih jkun jinstab ir-riskju” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
l-Istat Membru li fih tkun tinstab il-proprjetà, meta l-assigurazzjoni tirrelata jew għal bini inkella għal bini u l-kontenut tagħhom, sa fejn il-kontenut ikun kopert mill-istess polza tal-assigurazzjoni;
(b)
l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, meta l-assigurazzjoni tirrelata għal vetturi ta’ kwalunkwe tip;
(ċ)
l-Istat Membru fejn it-titolari tal-polza jkun ħareġ il-polza fil-każ ta’ poloz ta’ erba’ xhur jew anqas li jkopru riskji tal-ivvjaġġar jew ta’ vaganza, tkun xi tkun il-klassi kkonċernata;
(d)
fil-każijiet kollha mhux koperti espliċtament mill-punti (a), (b) jew (c), l-Istat Membru li fih jinsab kwalunkwe wieħed minn dawn:
(i)
ir-residenza abitwali tat- titolari tal-polza; jew
(ii)
jekk it-titolari tal-polza jkun persuna ġuridika, dak l-istabbiliment tat-titolari tal-polza li jkun jirrelata għalih il-kuntratt;
(14)
“l-Istat Membru tal-impenn” tfisser l-Istat Membru li fih jinsab wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
ir-residenza abitwali tat-titolari tal-polza;
(b)
jekk it-titolari tal-polza jkun persuna ġuridika, dak l-istabbiliment tat-titolari tal-polza li jkun relattiv għalih il-kuntratt;
(15)
“impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE;
(16)
“impriża sussidjarja” tfisser kull impriża sussidjarja fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE, inklużi sussidjarji tagħha;
(17)
“rabtiet mill-qrib” tfisser sitwazzjoni fejn żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew iktar huma marbuta b’kontroll jew parteċipazzjoni, jew sitwazzjoni li fiha żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew iktar huma marbuta b’mod permanenti mal-istess persuna b’relazzjoni ta’ kontroll;
(18)
“kontroll” tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u impriża sussidjarja, kif stipulat fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE, jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża;
(19)
“tranżazzjoni fil-grupp” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li permezz tagħha impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ tiddependi, direttament jew indirettament, fuq impriżi oħra fl-istess grupp jew fuq persuna fiżika jew ġuridika konnessa mal-impriżi f’dak il-grupp b’ rabtiet mill-qrib, għall-issodisfar ta’ obbligu, kemm jekk kuntrattwali jew le, u kemm jekk għal ħlas jew le;
(20)
“parteċipazzjoni” tfisser is- sjieda, diretta jew permezz ta’ kontroll, ta’ 20 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża;
(21)
“holding li jikkwalifika” tfisser holding dirett jew indirett f’ impriża li tirrappreżenta 10 % jew iktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot jew li tagħmel possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq l-amministrazzjoni ta’ dik l- impriża;
(22)
“suq regolat” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
fil-każ ta’ suq li jinstab fi Stat Membru, suq regolat kif definit fil-punt 14 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE; jew
(b)
fil-każ ta’ suq li jinstab f’pajjiż terz, suq finanzjarju li jwettaq il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i)
ikun rikonoxxut mill-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża tal-assigurazzjoni u jissodisfa r-rekwiżiti paragunabbli għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 2004/39/KE; u
(ii)
l-istrumenti finanzjarji li hemm negozju fihom f’dak is-suq ikunu ta’ kwalità paragunabbli għal dik tal-istrumenti li hemm negozju fihom fis-suq jew fis-swieq regolati tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom;
(23)
“bureau nazzjonali” tfisser bureau nazzjonali ta’ assiguraturi kif definit fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 72/166/KEE;
(24)
“fond ta’ garanzija nazzjonali” tfisser il-korp imsemmi fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 84/5/KEE;
(25)
“impriża finanzjarja” tfisser kwalunkwe waħda mill-entitajiet li ġejjin:
(a)
istituzzjoni tal-kreditu, istituzzjoni finanzjarja jew impriża anċillari tas-servizzi bankarji skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), (5) u (21) tad-Direttiva 2006/48/KE rispettivament;
(b)
impriża tal-assigurazzjoni, jew impriża ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ jew kumpannija holding skont it-tifsira fil-punt (f) tal-Artikolu 212(1);
(ċ)
ditta tal-investiment jew istituzzjoni finanzjarja skont it-tifsira fil-punt 1 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE; jew
(d)
kumpannija holding finanzjarja mħallata skont it-tifsira tal-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE;
(26)
“strument ta’ għan speċjali” tfisser kwalunkwe impriża, kemm jekk inkorporata jew le, minbarra impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ eżistenti, li tassumi r-riskji mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ u li tipprovdi fondi b’mod sħiħ għal espożizzjoni tagħha għar-riskji permezz ta’ introjtu minn ħruġ ta’ dejn jew kull mekkaniżmu ta’ iffinanzjar ieħor fejn il-ħlas lura tad-drittijiet ta’ dawk li jipprovdu dan id-dejn jew il-mekkaniżmu tal-iffinanzjar huma subordinati għall-obbligi tal-ħruġ mill-ġdid ta’ din l-impriża;
(27)
“riskji kbar” tfisser:
(a)
riskji kklassifikati taħt il-klassijiet 4, 5, 6, 7, 11 u 12 fil-Parti A tal-Anness I;
(b)
riskji kklassifikati taħt il-klassijiet 14 u 15 fil-Parti A tal-Anness I, meta t-titolari tal-polza jkun ingaġġat professjonalment f’attività industrijali jew kummerċjali jew f’waħda mill-professjonijiet liberali, u r-riskji jirrelataw għal din l-attività;
(ċ)
riskji klassifikati taħt il-klassijiet 3, 8, 9, 10, 13 u 16 fil- Parti A tal-Anness I sa fejn it-titolari tal-polza jeċċedi l-limiti ta’ millanqas tnejn minn dawn il-kriterji li ġejjin:
(i)
total tal-karta tal-bilanċ ta’ ►M10 b’EUR 6 600 000 ◄ ;
(ii)
(iii)
numru medju ta’250 impjegati matul is-sena finanzjarja. Jekk it-titolari tal-polza jappartieni għal grupp ta’ impriżi li jitfasslu għalihom kontijiet konsolidati fis-sens tad-Direttiva 83/349/KEE, il-kriterji stipulati fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu applikati fuq il-bażi tal-kontijiet konsolidati. L-Istati Membri jistgħu jżidu mal-kategorija msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu riskji assigurati minn assoċjazzjonijiet professjonali, impriżi konġunti jew gruppi temporanji;
(28)
“outsourcing” tfisser arranġament fi kwalunkwe forma bejn impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ u fornitur tas-servizzi, kemm jekk ikun entità supervizzata jew le, li permezz tiegħu l-fornitur tas-servizzi jwettaq proċess, servizz jew attività, kemm direttament jew permezz ta’ sub-outsourcing, li kieku jkunu se jitwettqu mill-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ nnifisha;
(29)
“funzjoni” fi ħdan sistema ta’ governanza, tfisser kapaċità interna għat-twettiq ta’ kompiti prattiċi; sistema ta’ governanza tinkludi l-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju, il-funzjoni tal-osservanza, il-funzjoni tal-verifika interna u l-funzjoni attwarja;
(30)
“riskju ta’ assigurazzjoni” tfisser ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba preżunzjonijiet kemm ta’ pprezzar inadegwat kif ukoll ta’ suppożizzjonijiet għall-proviżjonament;
(31)
“riskju tas-suq” tfisser ir-riskju ta’ telf jew ta’ bidla avversa fis-sitwazzjoni finanzjarja, li jiirriżultaw, direttament jew indirettament, mill-movimenti fil-livell u fil-volatilità tal-prezzijiet tal-attivi, passivi u l-istrumenti finanazjarji fis-suq;
(32)
“riskju tal-kreditu” tfisser ir-riskju ta’ telf jew ta’ bidla avversa fis-sitwazzjoni finanzjarja, li jiirriżultaw, mill-movimenti fl-istat tal-kreditu tal-entità li toħroġ is-sigurtajiet, tal-kontrapartijiet u kwalunkwe debituri li għalihom l-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ jkunu esposti, fil-forma ta’ riskju ta’ inadempjenza jew riskju ta’ spread tal-kontroparti, jew konċentrazzjonijiet ta’ riskji tas-suq;
(32a)
“kontroparti ċentrali li tikkwalifika” tfisser kontroparti ċentrali li tkun ġiet awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) jew tkun ġiet rikonoxxuta f'konformità mal-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament;
(33)
“riskju operattiv” tfisser ir-riskju ta’ telf li jirriżulta minn proċessi interni inadegwati jew li fallew, persunal jew sistemi, jew minn avvenimenti esterni;
(34)
“riskju tal-likwidità” tfisser ir-riskju li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ ma jkunux kapaċi jwasslu investimenti jew attivi oħra sabiex jilħqu l-obbligazzjonijiet finanzjarji tagħhom meta dawn ikunu dovuti;
(35)
(36)
“metodi tekniċi tal-mitigazzjoni tar-riskji” tfisser il-metodi tekniċi kollha li jippermettu l-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ biex jittrasferixxu, totalment jew parzjalment, ir-riskji tagħhom lil parti oħra;
(37)
“effetti tad-diversifikazzjoni” tfisser it-tnaqqis tal-espożizzjoni għar-riskju, tal-impriżi u gruppi tal-assigurazzjoni u ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ , relatati mad-diversifikazzjoni tan-negozju tagħhom, li joriġinaw mill-fatt li r-riżultat avvers minn riskju wieħed jista’ jiġi kkumpensat b’riżultatat aktar favorevoli minn riskju ieħor, fejn dawn ir-riskji ma jkunux totalment korrelatati;
(38)
“previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà” tfisser operazzjoni matematika li tassenja probabbiltà ta’ seħħ lil set eżawrijenti ta’ avvenimenti futuri esklussivi reċiprokament;
(39)
“kejl tar-riskju” tfisser operazzjoni matematika li tassenja ammont monetaru lil previżjoni partikolari ta’ distrubuzzjoni tal-probabbiltà u jiżdied monotonikament mal-livell tal-espożizzjoni għar-riskju sottostanti dik il-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà;
(40)
“istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu” jew “ECAI” tfisser aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) jew bank ċentrali li joħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu eżentati mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|