|
+Artikolu 18 1. |
Artikolu 18 1.L-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża għandu jeħtieġ lil kull impriża li għaliha tintalab awtorizzazzjoni li:
(a)
fir-rigward tal-impriżi tal-assigurazzjoni, tillimita l-objettivi tagħhom għan-negozju u operazzjonijiet tal-assigurazzjoni li joriġinaw direttament minnhom għall-esklużjoni tan-negozji kummerċjali l-oħrajn kollha;
(b)
fir-rigward tal-impriżi ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ , tillimita l-għanijiet tagħhom għall-kummerċ ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ u operazzjonijiet relatati; dan ir-rekwiżit jista’ jinkludi funzjoni ta’ kumpannija holding u attivitajiet marbuta ma’ attivitajiet tas-settur finanzjarju fis-sens tal-Artikolu 2 (8) tad-Direttiva 2002/87/KE;
(ċ)
tissottometti skema ta’ operazzjonijiet skont l-Artikolu 23;
(d)
tipposjedi l-fondi propjri bażiċi eliġibbli meħtieġa biex tilħaq l-limitu minimu assolut tal-Kapital Minimu Rekwiżit previst fil-punt (d) tal-Artikolu 129(1);
(e)
tagħti provi li se tkun f’pożizzjoni li tipposjedi l-fondi proprji eliġibbli biex ►C4 iżomm ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ , kif previst fl-Artikolu 100;
(f)
tagħti provi li se tkun f’pożizzjoni li tipposjedi fondi proprji bażiċi eliġibbli biex iżżomm il-Kapital Minimu Rekwiżit, kif previst fl-Artikolu 128;
(g)
tagħti prova li se tkun f’pożizzjoni li tosserva s-sistema ta’ governanza msemmija fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 2;
(h)
fir-rigward tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, li tikkomunika l-isem u l-indirizz tar- rappreżentanti kollha tal-klejms maħtur a skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/26/KE f’kull Stat Membru barra mill-Istat Membru li fih l-awtorizzazzjoni tkun mitluba jekk ir-riskji li għandhom ikunu koperti jkunu kklassifikati fil-klassi 10 tal- Parti A tal-Anness I ta’ din id-Direttiva, barra mir-responsabbiltà ta’ trasportaturi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|