+Artikolu 18 Kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
|
Artikolu 18 Kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
L-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża għandu jeħtieġ lil kull impriża li għaliha tintalab awtorizzazzjoni li:
(a)
fir-rigward tal-impriżi tal-assigurazzjoni, tillimita l-objettivi tagħhom għan-negozju u operazzjonijiet tal-assigurazzjoni li joriġinaw direttament minnhom għall-esklużjoni tan-negozji kummerċjali l-oħrajn kollha;
(b)
fir-rigward tal-impriżi
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ , tillimita l-għanijiet tagħhom għall-kummerċ
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ u operazzjonijiet relatati; dan ir-rekwiżit jista’ jinkludi funzjoni ta’ kumpannija holding u attivitajiet marbuta ma’ attivitajiet tas-settur finanzjarju fis-sens tal-Artikolu 2 (8) tad-Direttiva 2002/87/KE;
(ċ)
tissottometti skema ta’ operazzjonijiet skont l-Artikolu 23;
(d)
tipposjedi l-fondi propjri bażiċi eliġibbli meħtieġa biex tilħaq l-limitu minimu assolut tal-Kapital Minimu Rekwiżit previst fil-punt (d) tal-Artikolu 129(1);
(e)
tagħti provi li se tkun f’pożizzjoni li tipposjedi l-fondi proprji eliġibbli biex
►C4
iżomm ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ , kif previst fl-Artikolu 100;
(f)
tagħti provi li se tkun f’pożizzjoni li tipposjedi fondi proprji bażiċi eliġibbli biex iżżomm il-Kapital Minimu Rekwiżit, kif previst fl-Artikolu 128;
(g)
tagħti prova li se tkun f’pożizzjoni li tosserva s-sistema ta’ governanza msemmija fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 2;
(h)
fir-rigward tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, li tikkomunika l-isem u l-indirizz tar- rappreżentanti kollha tal-klejms maħtur a skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/26/KE f’kull Stat Membru barra mill-Istat Membru li fih l-awtorizzazzjoni tkun mitluba jekk ir-riskji li għandhom ikunu koperti jkunu kklassifikati fil-klassi 10 tal- Parti A tal-Anness I ta’ din id-Direttiva, barra mir-responsabbiltà ta’ trasportaturi.
|
|
Artikolu 18 2.
|
Impriża tal-assigurazzjoni li teħtieġ awtorizzazzjoni biex testendi n-negozju tagħha għal klassijiet oħrajn jew biex testendi awtorizzazzjoni li tkopri biss ftit mir-riskji marbuta ma’ klassi waħda għandha tkun meħtieġa li tissottometti skema ta’ operazzjonijiet skont l-Artikolu 23.
Għandha, barra minn hekk, tkun meħtieġa li turi prova li tkun tipposjedi l-fondi proprji eliġibbli biex tkopri
►C4
ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u l-Kapital Minimu Rekwiżit previsti fil-paragrafu 1 tal-Artikoli 100 u l-Artikolu 128.
|
|
Artikolu 18 3.
|
Bla ħsara għall-paragrafu 2, impriża tal-assigurazzjoni li twettaq attivijtajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja, u li trid awtorizzazzjoni sabiex testendi n-negozju tagħha għar-riskji elenkati fil-klassijiet 1 jew 2 fil-Parti A tal-Anness I kif imsemmi fl-Artikolu 73, għandha turi li:
(a)
għandha l-fondi proprji bażiċi eliġibbli biex tkopri l-limitu minimu assolut tal-Kapital Minimu Rekwiżit għal impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja u l-limitu minimu assolut tal-Kapital Minimu Rekwiżit għal impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 129(1);
(b)
timpenja ruħha li tibqa’ tkopri l-obbligazzjonijiet finanzjarji minimi msemmija fl-Artikolu 74(3).
|
|
Artikolu 18 4.
|
Bla ħsara għall-paragrafu 2, impriża tal-assigurazzjoni li twettaq attivijtajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja, u li trid awtorizzazzjoni sabiex testendi n-negozju tagħha għar-riskji elenkati fil-klassijiet 1 jew 2 fil-Parti A tal-Anness I kif imsemmi fl-Artikolu 73, għandha turi li:
(a)
għandha l-fondi proprji bażiċi eliġibbli biex tkopri l-limitu minimu assolut tal-Kapital Minimu Rekwiżit għal impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja u l-limitu minimu assolut tal-Kapital Minimu Rekwiżit għal impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 129(1);
(b)
timpenja ruħha li tibqa’ tkopri l-obbligazzjonijiet finanzjarji minimi msemmija fl-Artikolu 74(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|