|
+Artikolu 19 Rabtiet mill-qrib |
Artikolu 19 Rabtiet mill-qribArtikolu 19 Rabtiet mill-qrib Fejn jeżistu rabtiet mill-qrib bejn l-impriża tal-assigurazzjoni jew l-impriża ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ u persuni oħrajn fiżiċi jew ġuridiċi, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jagħtu l-awtorizzazzjoni biss jekk dawk il-konnessjonijiet ma jwaqqfux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom superviżjoni. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-awtoriżżazzjoni jekk il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar li magħhom l-impriża ta’ assigurazzjoni jew ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ , għandha rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet fl-infurzar ta’ dawk il-miżuri, jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzonijiet ta’ supervizzjoni. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jeħtieġu lill-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ jagħtuhom l-informazzjoni li jeħtieġu biex jissupervizzaw il-konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu fuq bażi kontinwa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|