|
+Artikolu 23 2. |
Artikolu 23 2.Minbarra r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1, għall-ewwel tliet snin finanzjarji, l-iskema għandha tinkludi dawn li ġejjin:
(a)
karta tal-bilanċi ta’ previżjoni;
(b)
stimi ►C4 tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ futur, kif stipulat fil-Kapitolu VI, it-Taqsima 4, is-Subtaqsima 1, abbażi ta’ karta tal-bilanċi ta’ previżjoni msemmija fil-punt (a), kif ukoll bħala metodu ta’ kalkolu użat biex wieħed jasal għal dawk l-istimi;
(ċ)
stimi tal-Kapital Minimu Rekwiżit futur, kif stipulat fl-Artikolu 128 u 129, abbażi ta’ karta tal-bilanċi ta’ previżjoni msemmija fil-punt (a), kif ukoll bħala metodu ta’ kalkolu użat biex wieħed jasal għal dawk l-istimi;
(d)
stimi tar-riżorsi finanzjarji maħsuba sabiex ikopru dispożizzjonijiet tekniċi, il-Kapital Minimu Rekwiżit u ►C4 r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ;
(e)
fir-rigward tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja u ►C2 r-riassigurazzjoni ◄ , anki dawn li ġejjin:
(i)
estimi ta’ spejjeż amministrattivi barra minn spejjeż ta’ istallazzjoni, partikolarment spejjeż kurrenti ġenerali u kummissjonijiet;
(ii)
estimi ta’ premiums jew kontribuzzjonijiet u klejms; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|