+Artikolu 23 Skema tal-operazzjonijiet
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
|
Artikolu 23 Skema tal-operazzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
L-iskema tal-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 18(1) għandha tinkludi d-dettalji jew evidenza ta’ dawn li ġejjin:
(a)
in-natura tar-riskji jew l-impenni li l-impriża tal-assigurazzjoni jew
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ kkonċernata tipproponi li tkopri;
(b)
it-tip ta’ arranġamenti
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ li l-impriża
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ tipproponi li tagħmel ma’ impriżi li jagħmlu ċessjoni;
(ċ)
il-prinċipji ta’ gwida dwar
►C2
ir-riassigurazzjoni ◄ u r-retroċessjoni;
(d)
l-elementi tal-fondi proprji bażiċi li jikkostitwixxu l-limitu minimu assolut tal- Kapital Minimu Rekwiżit;
(e)
l-estimi tal-ispejjeż tat-twaqqif tas-servizzi amministrattivi u tal-organizzazzjoni għas-sigurtà tan-negozju; ir-riżorsi finanzjarji intiżi li jkopruhom, u, meta r-riskji li għandhom jiġu koperti jkunu elenkati taħt in-Nru 18 fil-Parti A tal-Anness I, ir-riżorsi disponibbli għall- impriża tal- assigurazzjoni biex tipprovdi l-assistenza mwiegħda.
|
|
Artikolu 23 2.
|
Minbarra r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1, għall-ewwel tliet snin finanzjarji, l-iskema għandha tinkludi dawn li ġejjin:
(a)
karta tal-bilanċi ta’ previżjoni;
(b)
stimi
►C4
tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ futur, kif stipulat fil-Kapitolu VI, it-Taqsima 4, is-Subtaqsima 1, abbażi ta’ karta tal-bilanċi ta’ previżjoni msemmija fil-punt (a), kif ukoll bħala metodu ta’ kalkolu użat biex wieħed jasal għal dawk l-istimi;
(ċ)
stimi tal-Kapital Minimu Rekwiżit futur, kif stipulat fl-Artikolu 128 u 129, abbażi ta’ karta tal-bilanċi ta’ previżjoni msemmija fil-punt (a), kif ukoll bħala metodu ta’ kalkolu użat biex wieħed jasal għal dawk l-istimi;
(d)
stimi tar-riżorsi finanzjarji maħsuba sabiex ikopru dispożizzjonijiet tekniċi, il-Kapital Minimu Rekwiżit u
►C4
r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ;
(e)
fir-rigward tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja u
►C2
r-riassigurazzjoni ◄ , anki dawn li ġejjin:
(i)
estimi ta’ spejjeż amministrattivi barra minn spejjeż ta’ istallazzjoni, partikolarment spejjeż kurrenti ġenerali u kummissjonijiet;
(ii)
estimi ta’ premiums jew kontribuzzjonijiet u klejms;
(f)
fir-rigward tal-assigurazzjoni tal-ħajja, ukoll pjan li jistabbilixxi estimi dettaljati ta’ dħul u nfiq fir-rigward ta’ negozju dirett, aċċettazzjonijiet
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ u ċessjonijiet
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ .
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|