+Artikolu 31 Trasparenza u ż-żamma tar-responsabbiltà
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.
---+Artikolu 31 5.

Artikolu 31 Trasparenza u ż-żamma tar-responsabbiltà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1.
L-awtoritajiet superviżorji għandhom iwettqu ħidmiethom b’mod trasparenti u responsabbli bir-rispett dovut għall-ħarsien ta’ informazzjoni kunfidenzjali.
Artikolu 31 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi żvelata l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

it-testi tal-liġi, regolamenti, regoli amministrattivi u gwida ġenerali fil-qasam tar-regolamentazzjoni tal-assigurazzjoni;

(b) 

il-kriterji u l-metodi ġenerali, inklużi l-għodod żviluppati bi qbil mal-Artikolu 34(4), użati fil-proċess ta’ reviżjoni superviżorja kif stabbilit fl-Artikolu 36;

(ċ) 

data statistika aggregata dwar aspetti ewlenin tal-applikazzjoni tal-qafas prudenzjali;

(d) 

il-mod dwar kif jiġu eżerċitati l-għażliet previsti f’din id-Direttiva;

(e) 

l-għanijiet tas-superviżjoni u l-funzjonijiet u l-attivitajiet ewlenin tagħha.

L-iżvelar, previst fl-ewwel subparagrafu għandu jkun biżżejjed biex jippermetti t-tqabbil tal-istrateġiji superviżorji adottati mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri differenti.

L-iżvelar għandu jsir permezz ta’ format komuni u jiġi aġġornat regolarment. L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun aċċessibbli f’post elettroniku wieħed f’kull Stat Membru.

Artikolu 31 3.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu proċeduri trasparenti fir-rigward tal-ħatra u t-tkeċċija tal-membri tal-korpi governattivi u maniġerjali tal-awtoritajiet superviżorji tagħhom.
Artikolu 31 4.
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 35, l-Artikolu 51, l-Artikolu 254(2) u l-Artikolu 256, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li għandhom x'jaqsmu mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, li jispeċifikaw l-aspetti importanti li dwarhom għandha tiġi divulgata d-dejta statistika aggregata, u l-lista tal-kontenut u d-data tal-pubblikazzjoni tad-divulgazzjoni.
Artikolu 31 5.
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi relatati malapplikazzjoni tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35, l-Artikolu 51, l-Artikolu 254(2) u l-Artikolu 256, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-mudelli u l-istruttura tad-divulgazzjoni prevista f'dan l-Artikolu.

L-AEAPX għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru 2015.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.