|
+Artikolu 31 2. |
Artikolu 31 2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi żvelata l-informazzjoni li ġejja:
(a)
it-testi tal-liġi, regolamenti, regoli amministrattivi u gwida ġenerali fil-qasam tar-regolamentazzjoni tal-assigurazzjoni;
(b)
il-kriterji u l-metodi ġenerali, inklużi l-għodod żviluppati bi qbil mal-Artikolu 34(4), użati fil-proċess ta’ reviżjoni superviżorja kif stabbilit fl-Artikolu 36;
(ċ)
data statistika aggregata dwar aspetti ewlenin tal-applikazzjoni tal-qafas prudenzjali;
(d)
il-mod dwar kif jiġu eżerċitati l-għażliet previsti f’din id-Direttiva;
(e)
l-għanijiet tas-superviżjoni u l-funzjonijiet u l-attivitajiet ewlenin tagħha. L-iżvelar, previst fl-ewwel subparagrafu għandu jkun biżżejjed biex jippermetti t-tqabbil tal-istrateġiji superviżorji adottati mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri differenti. L-iżvelar għandu jsir permezz ta’ format komuni u jiġi aġġornat regolarment. L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun aċċessibbli f’post elettroniku wieħed f’kull Stat Membru. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|