+Artikolu 34 Setgħat superviżorji ġenerali
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 34 3.
---+Artikolu 34 4.
---+Artikolu 34 5.
---+Artikolu 34 6.
---+Artikolu 34 7.
---+Artikolu 34 8.
|
Artikolu 34 Setgħat superviżorji ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 34 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom is-segħta li jieħdu miżuri preventivi u korrettivi biex jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni u
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ jkunu konformi mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom ikunu konformi magħhom f’kull Stat Membru.
|
|
Artikolu 34 2.
|
L-awtoritajiet superviżorji għandu jkollom is-setgħa li jieħdu kwalunkwe miżura neċessarja inklużi dawk, fejn xieraq, ta’ natura amministrattiva u finanzjarja, fir-rigward ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ , u tal-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tagħhom.
|
|
Artikolu 34 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom is-setgħa li jitolbu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu superviżjoni skont l-Artikolu 35.
|
|
Artikolu 34 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom is-setgħa li jiżviluppaw, barra mill-kalkolu
►C4
tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u fejn xieraq, għodod kwantitattivi neċessarji taħt il-proċess ta’ analiżi tas-superviżjoni għall-valutazzjoni tal-abbiltà tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ biex jindirizzaw iċ-ċirkostanzi possibbli jew il-bidliet ġejjiena tal-kondizzjonijiet ekonomiċi li jista’ jkollhom effett ħażin fuq il-qagħda finanzjarja globali. L-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom is-setgħa li jeżiġu li testijiet korrispondenti jitwettqu mill-impriża.
|
|
Artikolu 34 5.
|
L-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom is-setgħa li jwettqu investigazzjonijiet fuq il-post fil-bini tal-impriżi tal-assigurazzjoni u
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ .
|
|
Artikolu 34 6.
|
Is-setgħat superviżorji għandhom jiġu applikati f’waqthom u b’mod proporzjonat.
|
|
Artikolu 34 7.
|
Is-setgħat fir-rigward tal-impriżi tal-assigurazzjoni u
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 għandhom ukoll ikunu disponibbli fir-rigward ta’ attivitajiet esternalizzati tal-impriżi tal-assigurazzjoni u
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ .
|
|
Artikolu 34 8.
|
Is-setgħat imsemmija fil-paragrafi 1 sa 5 u 7 għandhom jiġu eżerċitati, jekk ikun hemm bżonn b’infurzar u, fejn xieraq, permezz ta’ mezzi ġudizzjarji.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|