L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom is-setgħa li jiżviluppaw, barra mill-kalkolu
►C4
tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza
◄ u fejn xieraq, għodod kwantitattivi neċessarji taħt il-proċess ta’ analiżi tas-superviżjoni għall-valutazzjoni tal-abbiltà tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew
►C2
tar-riassigurazzjoni
◄ biex jindirizzaw iċ-ċirkostanzi possibbli jew il-bidliet ġejjiena tal-kondizzjonijiet ekonomiċi li jista’ jkollhom effett ħażin fuq il-qagħda finanzjarja globali. L-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom is-setgħa li jeżiġu li testijiet korrispondenti jitwettqu mill-impriża.