|
+Artikolu 36 2. |
Artikolu 36 2.L-awtoritajiet superviżorji għandhom, partikolarment, jirrivedu u jevalwaw il-konformità ma’ dan li ġej:
(a)
is-sistema ta’ governanza, inkluża l-valutazzjoni tar-riskju proprju u ►C4 tas-solvenza ◄ , kif stabbilita fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 2;
(b)
id-dispożizzjonijiet tekniċi kif stabbiliti fil-Kapitolu VI, it-Taqsima 2;
(ċ)
ir-rekwiżiti kapitali kif stabbiliti fil-Kapitolu VI, it-Taqsimiet 4 u 5;
(d)
ir-regoli ta’ investiment kif stabbiliti fil-Kapitolu VI, it-Taqsima 6;
(e)
il-kwalità u l-kwantità tar-riżorsi proprji kif stabbiliti fil-Kapitolu VI, it-Taqsima 3;
(f)
fejn l-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ tuża mudell intern sħiħ jew parzjali, il-konformità kontinwa mar-rekwiżiti għal mudelli interni sħaħ jew parzjali stabbiliti fil-Kapitolu VI, it-Taqsima 4, is-Subtaqsima 3. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|