|
+Artikolu 37 1. |
Artikolu 37 1.Wara l-proċess ta’ reviżjoni superviżorja, f’ċirkostanzi eċċezzjonali l-awtoritajiet jistgħu jistabbilixxu żieda kapitali għal impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ permezz ta’ deċiżjoni li tiddikjara r-raġunijiet. Din il-possibilita’ għandha teżisti biss fil-każijiet li ġejjin:
(a)
l-awtorità superviżorja tikkonkludi li l-profil tar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ jiddevja konsiderevolment mill-assunzjonijiet sottostanti ►C4 tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ , kif ikkolkolat bil-formula standard skont is-Subtaqsima 2, tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu VI u:
(i)
ir-rekwiżit biex jintuża mudell intern skont l-Artikolu 119 ma jkunx xieraq jew kien ineffettiv; jew
(ii)
waqt li jkun qed jiġi żviluppat mudell parzjali jew sħiħ skont l-Artikolu 119;
(b)
l-awtorità superviżorja tikkonkludi li l-profil tar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ jiddevja b'mod sinifikanti mis-suppożizzjonijiet sottostanti tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, kif ikkolkolat bl-użu ta' mudell intern jew mudell parzjali intern skont is-Subtaqsima 3, tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu VI minħabba ċerti riskji kwantifikabbli jinqabdu b'mod insuffiċjenti u l-adattament tal-mudell biex jirrifletti aħjar il-profil tar-riskju partikolari jkun falla f'perjodu xieraq ta' żmien;
(ċ)
l-awtorità superviżorja tikkonkludi li s-sistema ta’ governanza ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ tiddevja konsiderevolment mill-istandards stipulati fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 2, tant li dawk id-devjazzjonijiet ma jħalluhiex milli tkun kapaċi biex tidentifika, tkejjel, timmoniterja, tiġġestixxi u tirrapporta kif xieraq ir-riskji li hi jew se tkun esposta għalihom u l-applikazzjoni ta’ miżuri oħra x’aktar mhux se jtejbu biżżejjed in-nuqqasijiet f’perjodu xieraq;
(d)
l-impriża ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni tapplika l-aġġustament għall-korrispondenza msemmi fl-Artikolu 77b, l-aġġustament għall-volatilità msemmi fl-Artikolu 77d jew il-miżuri tranżizzjonali msemmija fl-Artikoli 308c u 308d u l-awtorità superviżorja tikkonkludi li l-profil tar-riskju ta' dik l-impriża jiddevja b'mod sinifikanti mis-suppożizzjonijiet sottostanti ta' dawk l-aġġustamenti jew miżuri tranżizzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|