+Artikolu 37 Żieda kapitali
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 37 4.
---+Artikolu 37 5.
---+Artikolu 37 6.
---+Artikolu 37 7.
---+Artikolu 37 8.
|
Artikolu 37 Żieda kapitali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1.
|
Wara l-proċess ta’ reviżjoni superviżorja, f’ċirkostanzi eċċezzjonali l-awtoritajiet jistgħu jistabbilixxu żieda kapitali għal impriża tal-assigurazzjoni jew
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ permezz ta’ deċiżjoni li tiddikjara r-raġunijiet. Din il-possibilita’ għandha teżisti biss fil-każijiet li ġejjin:
(a)
l-awtorità superviżorja tikkonkludi li l-profil tar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ jiddevja konsiderevolment mill-assunzjonijiet sottostanti
►C4
tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ , kif ikkolkolat bil-formula standard skont is-Subtaqsima 2, tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu VI u:
(i)
ir-rekwiżit biex jintuża mudell intern skont l-Artikolu 119 ma jkunx xieraq jew kien ineffettiv; jew
(ii)
waqt li jkun qed jiġi żviluppat mudell parzjali jew sħiħ skont l-Artikolu 119;
▼M5
(b)
l-awtorità superviżorja tikkonkludi li l-profil tar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ jiddevja b'mod sinifikanti mis-suppożizzjonijiet sottostanti tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, kif ikkolkolat bl-użu ta' mudell intern jew mudell parzjali intern skont is-Subtaqsima 3, tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu VI minħabba ċerti riskji kwantifikabbli jinqabdu b'mod insuffiċjenti u l-adattament tal-mudell biex jirrifletti aħjar il-profil tar-riskju partikolari jkun falla f'perjodu xieraq ta' żmien;
▼B
(ċ)
l-awtorità superviżorja tikkonkludi li s-sistema ta’ governanza ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ tiddevja konsiderevolment mill-istandards stipulati fil-Kapitolu IV, it-Taqsima 2, tant li dawk id-devjazzjonijiet ma jħalluhiex milli tkun kapaċi biex tidentifika, tkejjel, timmoniterja, tiġġestixxi u tirrapporta kif xieraq ir-riskji li hi jew se tkun esposta għalihom u l-applikazzjoni ta’ miżuri oħra x’aktar mhux se jtejbu biżżejjed in-nuqqasijiet f’perjodu xieraq;
▼M5
(d)
l-impriża ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni tapplika l-aġġustament għall-korrispondenza msemmi fl-Artikolu 77b, l-aġġustament għall-volatilità msemmi fl-Artikolu 77d jew il-miżuri tranżizzjonali msemmija fl-Artikoli 308c u 308d u l-awtorità superviżorja tikkonkludi li l-profil tar-riskju ta' dik l-impriża jiddevja b'mod sinifikanti mis-suppożizzjonijiet sottostanti ta' dawk l-aġġustamenti jew miżuri tranżizzjonali.
|
|
Artikolu 37 2.
|
Fiċ-ċirkostanzi stipulati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, il-kapital miżjud għandu jiġi kkolkolat b'tali mod li jiżgura li l-impriża tikkonforma mal-Artikolu 101(3). Fiċ-ċirkostanzi stipulati fil-punt (c) tal-paragrafu 1 il-kapital miżjud għandu jkun proporzjonat mar-riskji materjali li jirriżultaw min-nuqqasijiet li qajmu d-deċiżjoni tal-awtorità superviżorja biex tiġi stipulata ż-żieda. Fiċ-ċirkostanzi stipulati fil-paragrafu 1(d), il-kapital miżjud għandu jkun proporzjonat mar-riskji materjali li jirriżultaw mi-devjazzjoni msemmija f'dak il-paragrafu.
|
|
Artikolu 37 3.
|
Fil-każijiet stipulati fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, l-awtorità superviżorja għandha tiżgura li l-impriża tal-assigurazzjoni jew
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ tagħmel l-isforzi kollha sabiex tirrimedja d-defiċenzi li wasslu għall-impożizzjoni taż-żieda kapitali.
|
|
Artikolu 37 4.
|
Iż-żieda kapitali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun riveduta ta’ lanqas darba fis-sena mill-awtorità superviżorja u titneħħa meta l-impriża tkun irrimedjat id-defiċenzi li wasslu għall-impożizzjoni tagħha.
|
|
Artikolu 37 5.
|
►C4
Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ inkluż iż-żieda kapitali imposta għandhom jissostitwixxu
►C4
r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ defiċjenti.
Minkejja s-l-ewwel subparagrafu,
►C4
ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ m’għandux jinkludi ż-żieda kapitali imposta f’ konformita’ mal-punt (c) tal-paragrafu 1 bil-għan li jiġi kkalkolat il-marġni tar-riskju msemmi fl-Artikolu 77(5).
|
|
Artikolu 37 6.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jistabbilixxu iżjed speċifikazzjonijiet għaċ-ċirkostanzi fejn tkun tista' tiġi imposta supplimentazzjoni kapitali.
|
|
Artikolu 37 7.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jistabbilixxu iżjed speċifikazzjonijiet għall-metodoloġiji għall-kalkolu ta' supplimentazzjonijiet kapitali.
|
|
Artikolu 37 8.
|
Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni relatati ma' dan l-Artikolu, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri għal deċiżjonijiet biex jiġu stabbiliti, ikkalkulati u mneħħija s-supplimentazzjonijiet kapitali. L-AEAPX għandha tissottometti dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru 2015. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|