L-impriżi tal-assigurazzjoni jew
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ għandhom ikollhom regoli interni rigward minn ta’ lanqas l-ġestjoni tar-riskju, il-kontroll intern, il-verifika interna u, fejn dan ikun rilevanti, l-outsourcing. Għandhom jiżguraw li dawn ir-regoli jiġu implimentati.
Dawn ir-regoli miktuba għandhom jiġu riveduti minn ta’ lanqas kull sena. Għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju u għandhom jiġu addattati fid-dawl ta’ kull bidla sinifikanti fis-sistema jew fil-qasam ikkonċernat.