+Artikolu 41 Rekwiżiti ġenerali ta’ governanza
---+Artikolu 41 1.
---+Artikolu 41 2.
---+Artikolu 41 3.
---+Artikolu 41 4.
---+Artikolu 41 5.
|
Artikolu 41 Rekwiżiti ġenerali ta’ governanza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 41 1.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-impriżi kollha tal-assigurazzjoni u
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ jkollhom fis-seħħ sistema effettiva ta’ governanza li tipprovdi għal ġestjoni korretta u prudenti tan-negozju.
Din is-sistema għandha minn ta’ lanqas tinkludi struttura organizzattiva trasparenti u adegwata b’allokazzjoni ċara u segregazzjoni xierqa tar-responsabbiltajiet u sistema effettiva li tiżgura t-trażmissjoni tal-informazzjoni. Għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 42 sa 49.
Is-sistema ta’ governanza għandha skun suġġetta għal stħarriġ intern regolari.
|
|
Artikolu 41 2.
|
Is-sistema ta’ governanza għandha tkun proporzjonata man-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-operati tal-impriża tal-assigurazzjoni jew
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ .
|
|
Artikolu 41 3.
|
L-impriżi tal-assigurazzjoni jew
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ għandhom ikollhom regoli interni rigward minn ta’ lanqas l-ġestjoni tar-riskju, il-kontroll intern, il-verifika interna u, fejn dan ikun rilevanti, l-outsourcing. Għandhom jiżguraw li dawn ir-regoli jiġu implimentati.
Dawn ir-regoli miktuba għandhom jiġu riveduti minn ta’ lanqas kull sena. Għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju u għandhom jiġu addattati fid-dawl ta’ kull bidla sinifikanti fis-sistema jew fil-qasam ikkonċernat.
|
|
Artikolu 41 4.
|
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jiżguraw il-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom, inkluż l-iżvilupp ta' pjanijiet ta' kontinġenza. Għal dak il-għan, l-impriża għandha tuża sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonati, u għandha, b'mod partikolari, tistabbilixxi u twettaq il-ġestjoni ta’ netwerks u sistemi tal-informazzjoni f'konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
7
).
|
|
Artikolu 41 5.
|
L-awtoritajiet superviżorji għandhom ikollhom il-mezzi, il-metodi u s-setgħat xierqa sabiex jivverifikaw is-sistema ta’ governanza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ u sabiex jevalwaw riskji ġodda identifikati minn dawn l-impriżi li jistgħu jkollhom effett fuq is-sitwazzjoni finanzjarji soda tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom is-setgħat neċessarji biex jitolbu li s-sistema ta’ governanza titjieb u tissaħħaħ sabiex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 42 sa 49.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|