L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jiżguraw il-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom, inkluż l-iżvilupp ta' pjanijiet ta' kontinġenza. Għal dak il-għan, l-impriża għandha tuża sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonati, u għandha, b'mod partikolari, tistabbilixxi u twettaq il-ġestjoni ta’ netwerks u sistemi tal-informazzjoni f'konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
7
).