L-impriżi tal-assigurazzjoni u
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ għandhom ikollhom fis-seħħ sistema effettiva ta’ ġestjoni tar-riskju li tkun tinkludi l-istrateġiji, proċessi u proċeduri ta’ rappurtar meħtieġa għall-identifikazzjoni, għall-kejl, għas-superviżjoni, il-ġestjoni u r-rappurtar, fuq bażi kontinwa, f’livell individwali u f’ dak aggregat, tar-riskji li huma esposti għalihom jew li jistgħu jkunu esposti għalihom, u l-interdipendenzi fost dawn ir-riskji.
Dik is-sistema ta’ ġestjoni tar-riskju għandha tkun effettiva u integrata sewwa fl-istruttura organizzattiva u fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-impriża tal-assigurazzjoni jew
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ b’kunsiderazzjoni xierqa tal-persuni li effettivament imexxu l-impriża jew għandhom funzjonijiet prinċipali oħra.