+Artikolu 44 Ġestjoni tar-riskju
---+Artikolu 44 1.
---+Artikolu 44 2.
---+Artikolu 44 2a.
---+Artikolu 44 3.
---+Artikolu 44 4.
---+Artikolu 44 4a.
---+Artikolu 44 5.
|
Artikolu 44 Ġestjoni tar-riskju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 44 1.
|
L-impriżi tal-assigurazzjoni u
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ għandhom ikollhom fis-seħħ sistema effettiva ta’ ġestjoni tar-riskju li tkun tinkludi l-istrateġiji, proċessi u proċeduri ta’ rappurtar meħtieġa għall-identifikazzjoni, għall-kejl, għas-superviżjoni, il-ġestjoni u r-rappurtar, fuq bażi kontinwa, f’livell individwali u f’ dak aggregat, tar-riskji li huma esposti għalihom jew li jistgħu jkunu esposti għalihom, u l-interdipendenzi fost dawn ir-riskji.
Dik is-sistema ta’ ġestjoni tar-riskju għandha tkun effettiva u integrata sewwa fl-istruttura organizzattiva u fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-impriża tal-assigurazzjoni jew
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ b’kunsiderazzjoni xierqa tal-persuni li effettivament imexxu l-impriża jew għandhom funzjonijiet prinċipali oħra.
|
|
Artikolu 44 2.
|
Is-sistema ta’ ġestjoni tar-riskju għandha tkopri r-riskji kollha li għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu
►C4
tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ stabbilit fl-Artikolu 101(4) kif ukoll ir-riskji li mhumiex inklużi jew li mhumiex totalment inklużi fil-kalkolu ta’ dan ir-Rekwiżit.
Għandha tkopri, minn ta’ lanqas, l-oqsma li ġejjin:
(a)
assigurazzjoni u riżerva;
(b)
ġestjoni tal-attiv u tal-passiv;
(ċ)
investimenti, partikolarment derivattivi u impenni simili;
(d)
ġestjoni tar-riskju ta’ likwidità u konċentrazzjoni;
(e)
ġestjoni tar-riskju operattiv;
(f)
►C2
riassigurazzjoni ◄ u tekniċi oħra sabiex jitnaqqas ir-riskju.
Ir-regoli bil-miktub dwar il-ġestjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 41(3) għandhom jinkludu regoli relatati mal-punti (a) sa (f) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
▼M5
Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni japplikaw l-aġġustament għall-korrispondenza msemmi fl-Artikolu 77b jew l-aġġustament għall-volatilità msemmi fl-Artikolu 77d, għandhom jistabbilixxu pjan ta' likwidità li jipprojetta l-flussi ta' flus li deħlin u li ħerġin fir-rigward tal-assi u l-obbligazzjonijiet soġġetti għal dawk l-aġġustamenti.
|
|
Artikolu 44 2a.
|
Fir-rigward tal-ġestjoni tal-attiv u l-passiv, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jivvalutaw regolarment:
(a)
is-sensittività tad-dispożizzjonijiet tekniċi u l-fondi proprji eliġibbli tagħhom għas-suppożizzjonijiet sottostanti għall-estrapolazzjoni tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti msemmija fl-Artikolu 77a;
(b)
meta jiġi applikat l-aġġustament għall-korrispondenza msemmi fl-Artikolu 77b:
(i)
is-sensittività tad-dispożizzjonijiet tekniċi u l-fondi proprji eliġibbli tagħhom għas-suppożizzjonijiet sottostanti għall-kalkolu tal-aġġustament għall-korrispondenza, inkluż il-kalkolu tal-firxa fundamentali msemmija fl-Artikolu 77c(1)(b), u l-effett possibbli ta' bejgħ sfurzat ta' assi fuq il-fondi proprji eliġibbli tagħhom;
(ii)
is-sensittività tad-dispożizzjonijiet tekniċi u l-fondi proprji eliġibbli tagħhom għal bidliet fil-kompożizzjoni tal-portafoll assenjat ta' assi;
(iii)
l-impatt ta' tnaqqis tal-aġġustament għall-korrispondenza għal żero;
(c)
meta jiġi applikat l-aġġustament għall-volatilità msemmi fl-Artikolu 77d:
(i)
is-sensittività tad-dispożizzjonijiet tekniċi u l-fondi proprji eliġibbli tagħhom għas-suppożizzjonijiet sottostanti għall-kalkolu tal-aġġustament għall-volatilità u l-effett possibbli ta' bejgħ sfurzat ta' assi fuq il-fondi proprji eliġibbli tagħhom;
(ii)
l-impatt ta' tnaqqis tal-aġġustament għall-volatilità għal żero.
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jippreżentaw il-valutazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu annwalment lill-awtorità superviżorja bħala parti mill-informazzjoni rapportata skont l-Artikolu 35. Meta t-tnaqqis tal-aġġustament għall-korrispondenza jew tal-aġġustament għall-volatilità għal żero jirriżulta f'nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, l-impriża għandha tissottometti wkoll analiżi tal-miżuri li tista' tapplika f'sitwazzjoni bħal din biex terġa' tistabbilixxi l-livell ta' fondi proprji eliġibbli li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew biex tnaqqas il-profil tar-riskju tagħha biex tiżgura l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza. Meta jkun applikat l-aġġustament għall-volatilità msemmi fl-Artikolu 77d, il-politika miktuba dwar il-ġestjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 41(3) għandha tinkludi politika dwar il-kriterji għall-applikazzjoni tal-aġġustament għall-volatilità.
|
|
Artikolu 44 3.
|
Rigward ir-riskju tal-investiment, l-impriżi tal-assigurazzjoni u
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ għandhom juru li huma jikkonformaw mat-Taqsima 6 tal-Kapitolu VI.
|
|
Artikolu 44 4.
|
L-impriżi tal-assigurazzjoni u
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ għandhom jipprovdu għal funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju li għandha tkun strutturata b’tali mod li tiffaċilita l-implimentazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tar-riskju.
|
|
Artikolu 44 4a.
|
Sabiex tiġi evitata dipendenza żejda fuq istituzzjonijiet esterni ta' valutazzjoni tal-kreditu meta jużaw valutazzjoni esterna tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi u r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jivvalutaw l-adegwatezza ta' dawn il-valutazzjonijiet esterni tal-kreditu bħala parti mill-ġestjoni tar-riskju tagħhom billi jużaw valutazzjonijiet addizzjonali meta jkun possibbli fil-prattika sabiex tkun evitata kwalunkwe dipendenza awtomatika fuq valutazzjonijiet esterni. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta 'applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, L-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri għall-valutazzjonijiet esterni tal-kreditu. L-AEAPX għandha tippreżenta dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2015. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
|
Artikolu 44 5.
|
Fil-każ tal-impriżi tal-assigurazzjoni u
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ li jużaw mudell intern parzjali jew sħiħ li hu approvat skont l-Artikoli 112 u 113, il-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju għandha tkopri l-kompiti addizzjonali li ġejjin:
(a)
iħejju u jimplimentaw il-mudell intern;
(b)
jittestjaw u jivvalidaw il-mudell intern;
(ċ)
jiddokumentaw il-mudell intern u kull bidla sussegwenti li ssirlu;
(d)
janalizzaw il-prestazzjoni tal-mudell intern u jipproduċu rapporti qosra dwar dan;
(e)
jinfurmaw lill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju bil-mod kif il-mudell intern iffunzjona, filwaqt li jissuġġerixxu l-oqsma li jeħtieġu titjib, u jżommu lil dak il-korp aġġornat dwar l-istat tal-isforzi sabiex jittejbu dgħufijiet identifikati qabel.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|