|
+Artikolu 44 2a. |
Artikolu 44 2a.Fir-rigward tal-ġestjoni tal-attiv u l-passiv, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jivvalutaw regolarment:
(a)
is-sensittività tad-dispożizzjonijiet tekniċi u l-fondi proprji eliġibbli tagħhom għas-suppożizzjonijiet sottostanti għall-estrapolazzjoni tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti msemmija fl-Artikolu 77a;
(b)
meta jiġi applikat l-aġġustament għall-korrispondenza msemmi fl-Artikolu 77b:
(i)
is-sensittività tad-dispożizzjonijiet tekniċi u l-fondi proprji eliġibbli tagħhom għas-suppożizzjonijiet sottostanti għall-kalkolu tal-aġġustament għall-korrispondenza, inkluż il-kalkolu tal-firxa fundamentali msemmija fl-Artikolu 77c(1)(b), u l-effett possibbli ta' bejgħ sfurzat ta' assi fuq il-fondi proprji eliġibbli tagħhom;
(ii)
is-sensittività tad-dispożizzjonijiet tekniċi u l-fondi proprji eliġibbli tagħhom għal bidliet fil-kompożizzjoni tal-portafoll assenjat ta' assi;
(iii)
l-impatt ta' tnaqqis tal-aġġustament għall-korrispondenza għal żero;
(c)
meta jiġi applikat l-aġġustament għall-volatilità msemmi fl-Artikolu 77d:
(i)
is-sensittività tad-dispożizzjonijiet tekniċi u l-fondi proprji eliġibbli tagħhom għas-suppożizzjonijiet sottostanti għall-kalkolu tal-aġġustament għall-volatilità u l-effett possibbli ta' bejgħ sfurzat ta' assi fuq il-fondi proprji eliġibbli tagħhom;
(ii)
l-impatt ta' tnaqqis tal-aġġustament għall-volatilità għal żero. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jippreżentaw il-valutazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu annwalment lill-awtorità superviżorja bħala parti mill-informazzjoni rapportata skont l-Artikolu 35. Meta t-tnaqqis tal-aġġustament għall-korrispondenza jew tal-aġġustament għall-volatilità għal żero jirriżulta f'nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, l-impriża għandha tissottometti wkoll analiżi tal-miżuri li tista' tapplika f'sitwazzjoni bħal din biex terġa' tistabbilixxi l-livell ta' fondi proprji eliġibbli li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew biex tnaqqas il-profil tar-riskju tagħha biex tiżgura l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza. Meta jkun applikat l-aġġustament għall-volatilità msemmi fl-Artikolu 77d, il-politika miktuba dwar il-ġestjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 41(3) għandha tinkludi politika dwar il-kriterji għall-applikazzjoni tal-aġġustament għall-volatilità. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|