|
+Artikolu 45 1. |
Artikolu 45 1.Bħala parti mis-sistema tal-ġestjoni tar-riskju tagħha, kull impriża tal-assigurazzjoni u impriża tar-riassigurazzjoni għandha tagħmel il-valutazzjoni tar-risjku u ►C4 s-solvenza ◄ tagħha. Din l-istima għandha tinkludi, minn ta’ lanqas, dawn li ġejja:
(a)
il-ħtiġijiet globali ►C4 tas-solvenza ◄ filwaqt li jitqies l-profil speċifiku tar-riskju, il-limiti approvati ta’ tolleranza tar-riskju u l-istrateġija tan-negozju tal-impriża;
(b)
il-konformità, fuq bażi kontinwa, mar-rekwiżiti tal-kapital, kif stabbiliti fit-Taqsimiet 4 u 5 tal-Kapitolu VI u mar-rekwiżiti dwar id-dispożizzjonijiet tekniċi, kif stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu VI;
(ċ)
is-sinifikanza li biha l-profil tar-riskju tal-impriża kkonċernat jiddevja mill-assunzjonijiet li fuqhom huwa bbażat ►C4 ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ kif stabbilit fl-Artikolu 101(3), ikkolkolat permezz tal-formula standard skont is-Subtaqsima 2, tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu VI jew permezz tal-mudell parzjali jew sħiħ skont is-Subtaqsima 3 tat-Taqsima 4 tal-Kapitalu VI. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|