+Artikolu 45 Riskju proprju u valutazzjoni►C4tas-solvenza◄
---+Artikolu 45 1.
---+Artikolu 45 2.
---+Artikolu 45 2a.
---+Artikolu 45 3.
---+Artikolu 45 4.
---+Artikolu 45 5.
---+Artikolu 45 6.
---+Artikolu 45 7.
|
Artikolu 45 Riskju proprju u valutazzjoni►C4tas-solvenza◄
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45 1.
|
Bħala parti mis-sistema tal-ġestjoni tar-riskju tagħha, kull impriża tal-assigurazzjoni u impriża tar-riassigurazzjoni għandha tagħmel il-valutazzjoni tar-risjku u
►C4
s-solvenza ◄ tagħha.
Din l-istima għandha tinkludi, minn ta’ lanqas, dawn li ġejja:
(a)
il-ħtiġijiet globali
►C4
tas-solvenza ◄ filwaqt li jitqies l-profil speċifiku tar-riskju, il-limiti approvati ta’ tolleranza tar-riskju u l-istrateġija tan-negozju tal-impriża;
(b)
il-konformità, fuq bażi kontinwa, mar-rekwiżiti tal-kapital, kif stabbiliti fit-Taqsimiet 4 u 5 tal-Kapitolu VI u mar-rekwiżiti dwar id-dispożizzjonijiet tekniċi, kif stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu VI;
(ċ)
is-sinifikanza li biha l-profil tar-riskju tal-impriża kkonċernat jiddevja mill-assunzjonijiet li fuqhom huwa bbażat
►C4
ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ kif stabbilit fl-Artikolu 101(3), ikkolkolat permezz tal-formula standard skont is-Subtaqsima 2, tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu VI jew permezz tal-mudell parzjali jew sħiħ skont is-Subtaqsima 3 tat-Taqsima 4 tal-Kapitalu VI.
|
|
Artikolu 45 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a), l-impriża kkonċernata għandu jkollha stabbiliti proċessi, li jkunu proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozji tagħha, u li jippermettulha tidentifika u tivvaluta kif inhu xieraq ir-riskji li taffaċċja fi żmien qasir u fit-tul u li hi jew tista’ tħabbat wiċċha magħhom. L-impriża għandha turi l-metodi użati f’dik il-valutazzjoni.
|
|
Artikolu 45 2a.
|
Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tapplika l-aġġustament għall-korrispondenza msemmi fl-Artikolu 77b, l-aġġustament għall-volatilità msemmi fl-Artikolu 77d jew il-miżuri tranżitorji msemmija fl-Artikolu 308c u 308d, għandha twettaq il-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti kapitali msemmija fil-paragrafu 1(b) u mingħajr ma tqis dawk l-aġġustamenti u l-miżuri tranżitorji.
|
|
Artikolu 45 3.
|
Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1(c), meta jiġi użat mudell intern, il-valutazzjoni għandha ssir flimkien ma’ rikalibrar li jittrasforma ċ-ċifri interni tar-riskju f’kejl u kalibrar tar-riskju
►C4
tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ .
|
|
Artikolu 45 4.
|
Il-valutazzjoni tar-riskju proprju u
►C4
s-solvenza ◄ għandha tkun parti integrali mill-istrateġija tan-negozju u għandha tiġi meqjusa fuq bażi kontinwa fid-deċiżjonijiet strateġiċi tal-impriża.
|
|
Artikolu 45 5.
|
L-impriżi tal-assigurazzjoni u
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ għandhom iwettqu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi regolari u mingħajr dewmien wara kull bidla sinifikanti fil-profil tar-riskju tagħhom.
|
|
Artikolu 45 6.
|
L-impriżi tal-assigurazzjoni u
►C2
tar-riassigurazzjoni ◄ għandhom jinfurmaw l-awtoritajiet superviżorji bir-riżultati ta’ kull stima tar-riskju proprju u
►C4
s-solvenza ◄ bħala parti mill-informazzjoni li tiġi rrapportata skont l-Artikolu 35.
|
|
Artikolu 45 7.
|
Il-valutazzjoni tar-riskju propju u
►C4
tas-solvenza ◄ m’għandhiex tiswa biex jiġi kkalkolat rekwiżit kapitali.
►C4
Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ għandu’ jiġi aġġustat biss f’konformita’ mal-Artikoli 37, 231 sa 233 u 238.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|