|
+Artikolu 51 1. |
Artikolu 51 1.L-Istati Membri għandhom, b’kunsiderazzjoni għall-prinċipji stipulati fil-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 35, jobbligaw l-impriżi tal-assigurazzjoni u ►C2 tar-riassigurazzjoni ◄ biex, kull sena, jippubblikaw rapport dwar ►C4 is-solvenza ◄ u l-kondizzjoni finanzjarja tagħhom. Dan ir-rapport għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja, kompleta jew permezz ta’ referenzi għal informazzjoni ekwivalenti, kemm fin-natura kif ukoll fl-ambitu, ippubblikata b’konformità ma’ rekwiżiti ġuridiċi jew regolatorji oħra:
(a)
deskrizzjoni tan-negozju u tar-rendiment tal-impriża;
(b)
deskrizzjoni tas-sistema ta’ governanza u valutazzjoni tal-adegwatezza tagħha għall-profil tar-riskju tal-impriża;
(ċ)
deskrizzjoni, separatament għal kull kategorija ta’ riskju, tal-espożizzjoni u sensittività għar-riskju, u l-konċentrazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju;
(d)
deskrizzjoni, separatament għal attivi, dispożizzjonijiet tekniċi u passivi oħra, tal-prinċipji u metodi użati għall-valutazzjoni tagħhom, flimkien ma’ spjegazzjoni ta’ kwalunkwe differenzi kbar fil-prinċipji u metodi użati għall-valutazzjoni tagħhom f’dikjarazzjonijiet finanzjarji;
(e)
deskrizzjoni tal-ġestjoni tal-kapital, li talanqas tinkludi dan li ġej:
(i)
l-istruttura u l-ammont ta’ fondi proprji, u l-kwalità tagħhom;
(ii)
l-ammonti ►C4 tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u tal-Kapital Minimu Rekwiżit;
(iii)
l-għażla stipulata fl-Artikolu 304 użata għall-kalkolu ►C4 tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ;
(iv)
informazzjoni li twassal għall-fehim sewwa tad-differenzi ewlenija bejn is-suppożizzjonijiet sottostanti tal-formula standard u dawk ta’ kwalunkwe mudell intern użat mill-impriża għall-kalkolu ►C4 tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tagħha;
(v)
l-ammont ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mal-Kapital Minimu Rekwiżit jew kwalunkwe nuqqas ta’ konformità sinifikanti ►C4 mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ matul il-perjodu ta’ rappurtar, anke jekk dan jiġi riżolt aktar tard, flimkien ma’ spjegazzjoni tal-oriġini u konsegwenzi tiegħu u kwalunkwe miżuri ta’ rimedju meħuda. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|