|
+Artikolu 52 1. |
Artikolu 52 1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet superviżorji jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-AEAPX fuq bażi annwali:
(a)
is-supplimentazzjoni kapitali medja għall kull impriża u d-distribuzzjoni tas-supplimentazzjonijiet kapitali imposti mill-awtorità superviżorja tul is-sena ta' qabel, imkejla bħala perċentwal tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, murija separatament għal:
(i)
impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kollha;
(ii)
impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja;
(iii)
impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja;
(iv)
impriżi tal-assigurazzjoni li jeżerċitaw attivitajiet kemm tal-ħajja kif ukoll mhux tal-ħajja;
(v)
impriżi tar-riassigurazzjoni;
(b)
għal kull divulgazzjoni stabbilita fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, il-proporzjon ta' supplimentazzjonijiet kapitali impost skont l-Artikolu 37(1)(a),(b) u (c) rispettivament.
(c)
in-numru ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jibbenefikaw mil-limitazzjoni mir-rappurtar superviżorju regolari u n-numru ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta' rappurtar fuq bażi ta' entrata entrata msemmija fl-Artikolu 35(6) u (7), flimkien mal-volum tagħhom ta' rekwiżiti kapitali, primjums, dispożizzjonijiet tekniċi u assi, imkejla rispettivament bħala perċentwali tal-volum totali tar-rekwiżiti kapitali, primjums, dispożizzjonijiet tekniċi u assi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-Istat Membru;
(d)
in-numru ta' gruppi li jibbenefikaw mil-limitazzjoni mir-rappurtar superviżorju regolari u n-numru ta' gruppi li jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta' rappurtar fuq bażi ta' entrata entrata msemmija fl-Artikolu 254(2), flimkien mal-volum tagħhom ta' rekwiżiti kapitali, primjums, dispożizzjonijiet tekniċi u assi, imkejla rispettivament bħala perċentwali tal-volum totali tar-rekwiżiti kapitali, primjums, dispożizzjonijiet tekniċi u assi tal-gruppi kollha; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|