L-awtoritajiet superviżorji għandhom, minnufih, u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn ta’ xogħol minn meta jirċievu n-notifika rikjesta skont l-Artikolu 57(1), kif ukoll wara li tiġi possibilment irċevuta sussegwententement l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, jikkonfermaw bil-miktub lill-akkwirent propost li rċevewha.
L-awtoritajiet superviżorji għandhom massimu ta’ sittin jum ta’ xogħol mid-data tal-konferma tal-irċevuta bil-miktub tan-notifika u d-dokumenti kollha meħtieġa mill-Istat Membru li għandhom jiġu mehmuża man-notifika abbażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 59(4) (il-perjodu ta’ evalwazzjoni), biex iwettqu l-evalwazzjoni prevista fl-Artikolu 59(1) (l-evalwazzjoni).
L-awtoritajiet superviżorji għandhom jinfurmaw lill-akkwirent propost dwar id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ evalwazzjoni meta jikkonfermaw l-irċevuta.