+Artikolu 58 Perjodu ta’ evalwazzjoni
---+Artikolu 58 1.
---+Artikolu 58 2.
---+Artikolu 58 3.
---+Artikolu 58 4.
---+Artikolu 58 5.
---+Artikolu 58 6.
---+Artikolu 58 7.
---+Artikolu 58 8.
---+Artikolu 58 9.
|
Artikolu 58 Perjodu ta’ evalwazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 58 1.
|
L-awtoritajiet superviżorji għandhom, minnufih, u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn ta’ xogħol minn meta jirċievu n-notifika rikjesta skont l-Artikolu 57(1), kif ukoll wara li tiġi possibilment irċevuta sussegwententement l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, jikkonfermaw bil-miktub lill-akkwirent propost li rċevewha.
L-awtoritajiet superviżorji għandhom massimu ta’ sittin jum ta’ xogħol mid-data tal-konferma tal-irċevuta bil-miktub tan-notifika u d-dokumenti kollha meħtieġa mill-Istat Membru li għandhom jiġu mehmuża man-notifika abbażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 59(4) (il-perjodu ta’ evalwazzjoni), biex iwettqu l-evalwazzjoni prevista fl-Artikolu 59(1) (l-evalwazzjoni).
L-awtoritajiet superviżorji għandhom jinfurmaw lill-akkwirent propost dwar id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ evalwazzjoni meta jikkonfermaw l-irċevuta.
|
|
Artikolu 58 2.
|
L-awtoritajiet superviżorji jistgħu, matul il-perjodu ta’ evalwazzjoni, jekk meħtieġ, u mhux aktar tard mill-ħamsin jum ta’ xogħol tal-perjodu ta’ evalwazzjoni, jitolbu għal informazzjoni ulterjuri li hi meħtieġa biex tiġi kkompletata l-evalwazzjoni. Din it-talba għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.
Għall-perjodu bejn id-data tat-talba għal informazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji u l-irċevuta ta’ rispons għaliha mill-akkwirent propost, il-perjodu ta’ evalwazzjoni għandu jkun interrott. Dak il-waqfien ma għandux jeċċedi għoxrin jum tax-xogħol. Kwalunkwe talba oħra mill-awtoritajiet superviżorji għall-ikkompletar jew il-kjarifika tal-informazzjoni hija fid-diskrezzjoni tal-awtoritajiet superviżorji iżda tista’ m’ għandhux jirriżulta f’interruzzjoni tal-perjodu ta’ evalwazzjoni.
|
|
Artikolu 58 3.
|
L-awtoritajiet superviżorji jistgħu jestendu l-interruzzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 sa 30 jum ta’ xogħol, jekk l-akkwirent propost:
(a)
jinsab jew huwa regolat barra l-Komunità; jew
(b)
huwa persuna fiżika jew legali mhiex suġġetta għal superviżjoni skont din id-Direttiva, jew id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (
8
), id-Direttiva 2004/39/KE jew id-Direttiva 2006/48/KE.
|
|
Artikolu 58 4.
|
Jekk l-awtoritajiet superviżorji, wara t-tlestija tal-evalwazzjoni tagħhom, jiddeċiedu li jopponu l-akkwist propost, huma għandhom, fi żmien ta’ jumejn ta’ xogħol, li ma jeċċedux il-perjodu ta’ evalwazzjoni, jinfurmaw lill-akkwirent propost bil-miktub u jindikaw ir-raġunijiet. Suġġett għal-liġi nazzjonali, dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet għad-deċiżjoni tista’ ssir aċċessibbli għall-pubbliku fuq talba tal-akkwirent propost. Dan ma għandux jipprevjeni Stat Membru milli jippermetti awtorità superviżorja twettaq dan l-iżvelar mingħajr it-talba tal-akkwirent propost.
|
|
Artikolu 58 5.
|
Jekk l-awtoritajiet superviżorji ma jopponux bil-miktub fil-perjodu ta’ evalwazzjoni l-akkwist propost, l-akkwist propost għandu jitqies li ġie approvat.
|
|
Artikolu 58 6.
|
L-awtoritajiet superviżorji jistgħu jiffissaw perjodu massimu għall-konklużjoni tal-akkwist propost u jestenduh fejn xieraq.
|
|
Artikolu 58 7.
|
L-Istati Membri ma għanhomx jimponu rekwiżiti għan-notifika għal jew għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji ta’ akkwisti diretti jew indiretti ta’ drittijiet ta’ vot jew kapital li huma iżjed stretti minn dawk imniżżla f’din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 58 8.
|
Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward ta' din it-Taqsima, l-AEAPX tista' tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tistabbilixxi lista eżawrjenti ta' informazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 59(4), li għandha tiġi inkluża minn akkwirenti proposti fin-notifika tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 58(2). Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward ta' din it-Taqsima u biex tikkunsidra żviluppi futuri, l-AEAPX għandha, suġġetta għall-Artikolu 301b, tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-aġġustamenti tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 59(1). Għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
|
Artikolu 58 9.
|
Sabiex tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-AEAPX tista' tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri, l-formuli u mudelli għall-proċess tal-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 60. Għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|