L-awtoritajiet superviżorji jistgħu, matul il-perjodu ta’ evalwazzjoni, jekk meħtieġ, u mhux aktar tard mill-ħamsin jum ta’ xogħol tal-perjodu ta’ evalwazzjoni, jitolbu għal informazzjoni ulterjuri li hi meħtieġa biex tiġi kkompletata l-evalwazzjoni. Din it-talba għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.
Għall-perjodu bejn id-data tat-talba għal informazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji u l-irċevuta ta’ rispons għaliha mill-akkwirent propost, il-perjodu ta’ evalwazzjoni għandu jkun interrott. Dak il-waqfien ma għandux jeċċedi għoxrin jum tax-xogħol. Kwalunkwe talba oħra mill-awtoritajiet superviżorji għall-ikkompletar jew il-kjarifika tal-informazzjoni hija fid-diskrezzjoni tal-awtoritajiet superviżorji iżda tista’ m’ għandhux jirriżulta f’interruzzjoni tal-perjodu ta’ evalwazzjoni.