|
+Artikolu 63 Drittijiet tal-vot |
Artikolu 63 Drittijiet tal-votArtikolu 63 Drittijiet tal-vot Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, għandu jittieħed kont tad-drittijiet tal-vot imsemmija fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE kif ukoll il-kondizzjonijiet rigward l-aggregazzjoni tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 12(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva. L-Istati Membri ma għandhomx jieħdu kont tad-drittijiet ta’ vot jew ishma li kumpaniji ta’ investiment jew istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jżommu bħala riżultat tal-provvediment ta’ assigurazzjoni ta’ strumenti finanzjarji u/jew tpoġġija ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod inkluż taħt il-punt 6 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE, sakemm dawk id-drittijiet, minn naħa, mhumiex eżerċitati jew użati b’mod ieħor għal intervent fil-ġestjoni tal-emittent u, minn naħa l-oħra, imneħħija fi żmien sena mill-akkwist. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|