+Taqsima 4 Holdings li jikkwalifikaw
---+Artikolu 57 Akkwiżizzjonijiet
------+Artikolu 57 1.
------+Artikolu 57 2.
---+Artikolu 58 Perjodu ta’ evalwazzjoni
------+Artikolu 58 1.
------+Artikolu 58 2.
------+Artikolu 58 3.
------+Artikolu 58 4.
------+Artikolu 58 5.
------+Artikolu 58 6.
------+Artikolu 58 7.
------+Artikolu 58 8.
------+Artikolu 58 9.
---+Artikolu 59 Evalwazzjoni
------+Artikolu 59 1.
------+Artikolu 59 2.
------+Artikolu 59 3.
------+Artikolu 59 4.
------+Artikolu 59 5.
---+Artikolu 60 Akkwiżizzjonijiet minn impriżi finanzjarji rregolati
------+Artikolu 60 1.
------+Artikolu 60 2.
---+Artikolu 61 Informazzjoni li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha tagħti lill-awtorità superviżorja
---+Artikolu 62 Holdings li jikkwalifikaw, setgħat tal-awtorità superviżorja
---+Artikolu 63 Drittijiet tal-vot

Taqsima 4 Holdings li jikkwalifikaw

Taqsima 4 Holdings li jikkwalifikaw

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 57 Akkwiżizzjonijiet
Artikolu 58 Perjodu ta’ evalwazzjoni
Artikolu 59 Evalwazzjoni
Artikolu 60 Akkwiżizzjonijiet minn impriżi finanzjarji rregolati
Artikolu 61 Informazzjoni li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha tagħti lill-awtorità superviżorja

Artikolu 61

Informazzjoni li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha tagħti lill-awtorità superviżorja

Malli jsiru konxji tagħhom, l-impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni għandha tavżaw lill-awtorita’ superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhomdwar kwalunkwe akkwist jew ċessjoni ta’ azzjonijiet fil-kapital tagħha li jwasslu biex dawk l-azzjonijiet jeċċedu jew jaqgħu taħt xi wieħed mil-limiti msemmija fl-Artikoli 57 u 58 il-paragrafi 1 sa 7.

L-impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni għandha ukoll, għall-inqas darba fis-sena, tavża lill-awtorita’ superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha dwar l-ismijiet tal-azzjonisti u l-membri li għandhom parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikattiva u d-daqsijiet ta’ dawn l-azzjonijiet kif jidher, per eżempju, mill-informazzjoni rċevuta fil-laqgħat annwali ġenerali tal-azzjonisti u l-membri jew bħala riżultat ta’ konformità mar-regolamenti dwar il-kumpanniji elenkati fil-Boroż.

Artikolu 62 Holdings li jikkwalifikaw, setgħat tal-awtorità superviżorja

Artikolu 62

Holdings li jikkwalifikaw, setgħat tal-awtorità superviżorja

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, fejn l-influwenza eżerċitata mill-persuni msemmija fl-Artikolu 57 x’aktarx taħdem kontra l-amministrazzjoni tajba u prudenti ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ dik l-impriża li fiha sehem kwalifikanti jkun imfittex jew miżjud għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex itemmu dik is-sitwazzjoni. Dawn il-miżuri jistgħu jikkonsistu, pereżempju, f’inġunzjonijiet, penali kontra d-diretturi u l-amministraturi, jew sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-votazzjoni annessi mal-azzjonijiet li għandhom l-azzjonisti jew membri kkonċernati.

Miżuri simili għandhom japplikaw għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jonqsu milli jwettqu l-obbligu ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 57.

Fejn holding tiġi miksuba minkejja l-oppożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji, l-Istati Membri għandhom, minkejja kull sanzjoni oħra li għandha tiġi adottata, jipprovdu għal:

(1) 

is-sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-votazzjoni korrispondenti; jew

(2) 

in-nullità ta’ kwalunkwe voti mitfugħa jew il-possibbiltà li dawn jiġu annullati.

Artikolu 63 Drittijiet tal-vot

Artikolu 63

Drittijiet tal-vot

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, għandu jittieħed kont tad-drittijiet tal-vot imsemmija fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE kif ukoll il-kondizzjonijiet rigward l-aggregazzjoni tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 12(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva.

L-Istati Membri ma għandhomx jieħdu kont tad-drittijiet ta’ vot jew ishma li kumpaniji ta’ investiment jew istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jżommu bħala riżultat tal-provvediment ta’ assigurazzjoni ta’ strumenti finanzjarji u/jew tpoġġija ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod inkluż taħt il-punt 6 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE, sakemm dawk id-drittijiet, minn naħa, mhumiex eżerċitati jew użati b’mod ieħor għal intervent fil-ġestjoni tal-emittent u, minn naħa l-oħra, imneħħija fi żmien sena mill-akkwist.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.