|
+Artikolu 64 Is-sigriet professjonali |
Artikolu 64 Is-sigriet professjonaliArtikolu 64 Is-sigriet professjonali L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtoritajiet superviżorji, kif ukoll l-awdituri u l-esperti li jaġixxu f’isem dawk l-awtoritajiet, ikunu marbutin bl-obbligu tas-segretezza professjonali. Mingħajr preġudizzju għall-każijiet li jaqgħu taħt il-liġi kriminali, kull informazzjoni kunfidenzjali riċevuta minn dawn il-persuni waqt il-qadi ta’ dmirijiethom ma għandhiex tiġi żvelata lil kwalunkwe persuna jew awtorità, ħlief f’forma mqassra jew aggregata, b’tali mod li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni individwali ma jistgħux jiġu identifikati. Madankollu, meta impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun giet dikjarata bħala falluta jew qed tiġi stralċata b’mod obbligatorju, informazzjoni kunfidenzjali li ma tikkonċernax partijiet terzi involuti fi sforzi biex tiġi salvata dik l-impriża tista’ tiġi żvelata fi proċeduri ċivili jew kummerċjali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|