+Taqsima 5 Is-segretezza professjonali, skambju ta’ informazzjoni u l-promozzjoni tal-konverġenza superviżorja
---+Artikolu 64 Is-sigriet professjonali
---+Artikolu 65 Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri
---+Artikolu 65a Kooperazzjoni mal-AEAPX
---+Artikolu 66 Ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi
---+Artikolu 67 L-użu ta’ informazzjoni kunfidenzjali
---+L-Artikolu 67a Is-setgħat ta' investigazzjoni tal-Parlament Ewropew
---+Artikolu 68 L-iskambju ta’ informazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn
------+Artikolu 68 1.
------+Artikolu 68 2.
------+Artikolu 68 3.
------+Artikolu 68 4.
---+Artikolu 69 L-iżvelar ta’ informazzjoni lil amministrazzjonijiet tal-gvern responsabbli għal-leġiżlazzjoni finanzjarja
---+Artikolu 70 Trażmissjoni ta' informazzjoni lill-banek ċentrali, lill-awtoritajiet monetarji, lis-superviżuri tas-sistemi ta' pagament u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
------+Artikolu 70 1.
------+Artikolu 70 2.
------+Artikolu 70 3.
---+Artikolu 71 Konverġenza superviżorja
------+Artikolu 71 1.
------+Artikolu 71 2.

Taqsima 5 Is-segretezza professjonali, skambju ta’ informazzjoni u l-promozzjoni tal-konverġenza superviżorja

Taqsima 5 Is-segretezza professjonali, skambju ta’ informazzjoni u l-promozzjoni tal-konverġenza superviżorja

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 64 Is-sigriet professjonali

Artikolu 64

Is-sigriet professjonali

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtoritajiet superviżorji, kif ukoll l-awdituri u l-esperti li jaġixxu f’isem dawk l-awtoritajiet, ikunu marbutin bl-obbligu tas-segretezza professjonali.

Mingħajr preġudizzju għall-każijiet li jaqgħu taħt il-liġi kriminali, kull informazzjoni kunfidenzjali riċevuta minn dawn il-persuni waqt il-qadi ta’ dmirijiethom ma għandhiex tiġi żvelata lil kwalunkwe persuna jew awtorità, ħlief f’forma mqassra jew aggregata, b’tali mod li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni individwali ma jistgħux jiġu identifikati.

Madankollu, meta impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun giet dikjarata bħala falluta jew qed tiġi stralċata b’mod obbligatorju, informazzjoni kunfidenzjali li ma tikkonċernax partijiet terzi involuti fi sforzi biex tiġi salvata dik l-impriża tista’ tiġi żvelata fi proċeduri ċivili jew kummerċjali.

Artikolu 65 Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri

Artikolu 65

Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri

L-Artikolu 64 ma għandux jipprekludi l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji ta’ Stati Membri differenti. Din l-informazzjoni għandha tkun suġġetta għall-obbligu tas-segretezza professjonali stabbilit fl-Artikolu 64.

Artikolu 65a Kooperazzjoni mal-AEAPX

Artikolu 65a

Kooperazzjoni mal-AEAPX

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jikkooperaw mal-AEAPX għall-finijiet ta' din id-Direttiva f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jipprovdu lill-AEAPX, mingħajr dewmien, bl-informazzjoni kollha neċessarja biex twettaq dmirijietha f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 66 Ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

Artikolu 66

Ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni li jipprovdu għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi jew mal-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi kif definiti fl-Artikolu 68(1) u (2), biss jekk l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata hija suġġetta għal garanziji dwar is-segretezza professjonali għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija f’din it-Taqsima. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni jrid ikun maħsub għat-twettiq tal-funzjoni superviżorja ta’ dawk l-awtoritajiet jew organizzazzjonijiet.

Meta l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata minn Stat Membru lil pajjiż terz toriġina fi Stat Membru ieħor, din m’ għandhiex tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espress tal-awtorita’ superviżorja ta’ dak l-Istat Membru u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li għalihom dik l-awtorita’ tkun tat il-kunsens tagħha.

Artikolu 67 L-użu ta’ informazzjoni kunfidenzjali

Artikolu 67

L-użu ta’ informazzjoni kunfidenzjali

L-awtoritajiet superviżorji li jirċievu l-informazzjoni kunfidenzjali taħt l-Artikoli 64 jew 65 jistgħu jużawha biss fil-kors tad-dmirijiet tagħhom u għall-għanijiet li ġejjin:

(1) 

biex jivverifikaw li l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-bidu tal-kummerċ tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni huma ssodisfati u biex jiffaċilitaw is-superviżjoni tal-kondotta ta’ dan il-kummerċ, speċjalment rigward is-superviżjoni tad-dispożizzjonijiet tekniċi, ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ , il-Kapital Minimu Rekwiżit, u s-sistema ta’ governanza;

(2) 

biex jiġu imposti sanzjonijiet;

(3) 

f’appelli amministrattivi kontra d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet superviżorji;

(4) 

fil-proċeduri tal-qorti taħt din id-Direttiva.

L-Artikolu 67a Is-setgħat ta' investigazzjoni tal-Parlament Ewropew

L-Artikolu 67a

Is-setgħat ta' investigazzjoni tal-Parlament Ewropew

L-Artikoli 64 u 67 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta' investigazzjoni mogħtija lill-Parlament Ewropew bl-Artikolu 226 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU).

Artikolu 68 L-iskambju ta’ informazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn
Artikolu 69 L-iżvelar ta’ informazzjoni lil amministrazzjonijiet tal-gvern responsabbli għal-leġiżlazzjoni finanzjarja

Artikolu 69

L-iżvelar ta’ informazzjoni lil amministrazzjonijiet tal-gvern responsabbli għal-leġiżlazzjoni finanzjarja

L-Artikoli 64 u 67 ma għandhomx jipprekludu l-Istati Membri milli jawtorizzaw, taħt id-dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, l-iżvelar ta’ informazzjoni lil dipartimenti oħrajn tal-amministrazzjonijiet tal-gvern ċentrali tagħhom responsabbli għal-leġiżlazzjoni dwar is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu, l-istituzzjonijiet finanzjarji, is-servizzi tal-investiment u impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u lil spetturi li jaġixxu f’isem dawk id-dipartimenti.

▼M5

Divulgazzjoni bħal din għandha ssir biss fejn ikun meħtieġ għal raġunijiet ta' kontroll prudenzjali. L-Istati Membri għandhom, madankollu, jipprovdu dik l-informazzjoni li jkunu rċievu skont l-Artikoli 65 u 68(1), u l-informazzjoni miksuba permezz ta' verifika fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 33, tista' tiġi divulgata biss bill-kunsens speċifiku tal-awtorità superviżorja li minnha tkun oriġinat l-informazzjoni jew l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru li fih tkun saret il-verifika fuq il-post.

Artikolu 70 Trażmissjoni ta' informazzjoni lill-banek ċentrali, lill-awtoritajiet monetarji, lis-superviżuri tas-sistemi ta' pagament u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
Artikolu 71 Konverġenza superviżorja

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.