|
+Artikolu 66 Ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi |
Artikolu 66 Ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terziArtikolu 66 Ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni li jipprovdu għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi jew mal-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi kif definiti fl-Artikolu 68(1) u (2), biss jekk l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata hija suġġetta għal garanziji dwar is-segretezza professjonali għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija f’din it-Taqsima. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni jrid ikun maħsub għat-twettiq tal-funzjoni superviżorja ta’ dawk l-awtoritajiet jew organizzazzjonijiet. Meta l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata minn Stat Membru lil pajjiż terz toriġina fi Stat Membru ieħor, din m’ għandhiex tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espress tal-awtorita’ superviżorja ta’ dak l-Istat Membru u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li għalihom dik l-awtorita’ tkun tat il-kunsens tagħha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|