|
+Artikolu 68 2. |
Artikolu 68 2.L-Artikoli 64 sa 67, ma għandhomx jipprekludu l-Istati Membri milli jawtorizzaw skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a)
l-awtoritajiet responsabbli li jissorveljaw l-organizzazzjonijiet involuti fl-istralċ jew il-falliment ta’ impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni fi proċeduri oħrajn simili;
(b)
l-awtoritajiet responsabbli li jissorveljaw il-persuni inkarigati biex jagħmlu l-verifiki skont il-liġi taż-żamma tal-kotba ta’ impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni, istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investiment u istituzzjonijiet oħrajn finanzjarji;
(ċ)
attwarji independenti ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni li jwettqu superviżjoni legali fuq dawk l-impriżi u l-organizzazzjonijiet responsabbli li jissorveljaw lil dawk l-attwarji. L-Istati Membri li japplikaw l-ewwel subparagrafu għandhom jeħtieġu għall-inqas li jintlaħqu dawn il-kondizzjonijiet:
(a)
l-informazzjoni għandha tkun għall-iskop li jitwettaq kontroll jew superviżjoni legali kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu;
(b)
l-informazzjoni riċevuta trid tkun suġġetta għall-obbligazzjonij tas-segretezza professjonali stipulati fl-Artikolu 64;
(ċ)
fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, ma tistax tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu tal-awtorita’ superviżorja minn fejn toriġina u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li għalihom dik l-awtorita’ tat il-kunsens tagħha. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn l-ismijiet tal-awtoritajiet, il-persuni u l-organizzazzjonijiet li jistgħu jirċievu informazzjoni skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|