|
+Artikolu 72 1. |
Artikolu 72 1.L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-inqas li persuni awtorizzati skont it-Tmien Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE tal-10 ta’ April 1984 bażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar l-approvazzjoni ta’ persuni responsabbli biex iwettqu l-verifiki statutorji ta’ dokumenti dwar kontijiet ( 12 ), li jwettqu f’impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, il-verifika statutorja msemmija fl-Artikolu 51 tad Direttiva 78/660/KEE, fl-Artikolu 37 tad-Direttiva 83/349/KEE jew fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 85/611/KEE jew kwalunkwe funzjoni statutorja oħra, għandu jkollhom id-dmir li jirrapportaw minnufih lill-awtoritajiet superviżorji kwalunkwe fatt jew deċiżjoni dwar dik l-impriża li saru jafu bihom fil-waqt li jwettqu dik il-funzjoni, u li jkunu l-kawża ta’ li ġej:
(a)
ksur materjali tal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li jirregolaw speċifikament l-eżerċizzju tal-attivitajiet ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni;
(b)
it-tfixkil tal-operat kontinwu tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;
(ċ)
rifjut taċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew għall-espressjoni tar-riservi;
(d)
nuqqas ta’ konformità ►C4 mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ;
(e)
nuqqas ta’ konformità mal-Kapital Minimu Rekwiżit. Il-persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ukoll jirrapportaw kwalunkwe fatti jew deċiżjonijiet li jsiru jafu bihom fil-kors tat-twettiq ta’ funzjoni kif deskritt fl-ewwel subparagrafu f’impriża li għandha konnessjonijiet mill-qrib li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ kontroll mal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fejn qed iwettqu dik il-funzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|