+Artikolu 72 Id-dmirijiet tal-awdituri
---+Artikolu 72 1.
---+Artikolu 72 2.
|
Artikolu 72 Id-dmirijiet tal-awdituri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 72 1.
|
L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-inqas li persuni awtorizzati skont it-Tmien Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE tal-10 ta’ April 1984 bażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar l-approvazzjoni ta’ persuni responsabbli biex iwettqu l-verifiki statutorji ta’ dokumenti dwar kontijiet (
12
), li jwettqu f’impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, il-verifika statutorja msemmija fl-Artikolu 51 tad Direttiva 78/660/KEE, fl-Artikolu 37 tad-Direttiva 83/349/KEE jew fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 85/611/KEE jew kwalunkwe funzjoni statutorja oħra, għandu jkollhom id-dmir li jirrapportaw minnufih lill-awtoritajiet superviżorji kwalunkwe fatt jew deċiżjoni dwar dik l-impriża li saru jafu bihom fil-waqt li jwettqu dik il-funzjoni, u li jkunu l-kawża ta’ li ġej:
(a)
ksur materjali tal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li jirregolaw speċifikament l-eżerċizzju tal-attivitajiet ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni;
(b)
it-tfixkil tal-operat kontinwu tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;
(ċ)
rifjut taċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew għall-espressjoni tar-riservi;
(d)
nuqqas ta’ konformità
►C4
mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ;
(e)
nuqqas ta’ konformità mal-Kapital Minimu Rekwiżit.
Il-persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ukoll jirrapportaw kwalunkwe fatti jew deċiżjonijiet li jsiru jafu bihom fil-kors tat-twettiq ta’ funzjoni kif deskritt fl-ewwel subparagrafu f’impriża li għandha konnessjonijiet mill-qrib li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ kontroll mal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fejn qed iwettqu dik il-funzjoni.
|
|
Artikolu 72 2.
|
Dan l-iżvelar b’rieda tajba lill-awtoritajiet superviżorji, minn persuni awtorizzati fil-qofol ta’ dak li tfisser id-Direttiva 84/253/KEE, ta’ xi fatt jew deċiżjoni li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 ma għandux jikkostitwixxi ksur ta’ xi restrizzjoni dwar l-iżvelar tal-informazzjoni imposta b’kuntratt jew b’xi dispożizzjonijiet leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi u ma għandux jinvolvi lil dawn il-persuni f’xi responsabbiltà ta’ kwalunke tip.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|