Il-kontijiet għandhom jitfasslu sabiex juru l-għejun tar-riżultati għall-assigurazzjoni tal-ħajja u assigurazzjoni mhux tal-ħajja separatament. L-introjtu kollu b’mod partikolari premiums, pagamenti minn assiguraturi mill-ġdid u introjtu ta’ investiment, u l-infiq, b’mod partikolari ħlas ta’ assigurazzjoni, żidiet għad-dispożizzjonijiet tekniċi, assigurazzjonijiet mill-ġdid ta’ premiums u spejjeż ta’ operazzjoni fir-rigward ta’ negozju ta’ assigurazzjoni għandhom jinqasmu skont l-oriġini. Elementi komuni għaż-żewġ attivitajiet għandhom jiġu iskritti fil-kotba skont il-metodi ta’ tqassim li għandhom jiġu aċċettati mill-awtorità superviżorja.
Impriżi tal-assigurazzjoni għandhom, abbażi tal-kontijiet, jippreparaw dikjarazzjoni li fiha l-elementi tal-fondi proprji bażiċi eliġibbli li jkopru kull Rekwiżit Kapitali Minimu nozzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 2 huma identifikati b’mod ċar, skont l-Artikolu 98(4).