+Artikolu 74 Is-separazzjoni ta’ amministrazzjoni tal-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja
---+Artikolu 74 1.
---+Artikolu 74 2.
---+Artikolu 74 3.
---+Artikolu 74 4.
---+Artikolu 74 5.
---+Artikolu 74 6.
---+Artikolu 74 7.
|
Artikolu 74 Is-separazzjoni ta’ amministrazzjoni tal-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 74 1.
|
L-amministrazzjoni separata msemmija fl-Artikolu 73 għandha tiġi organizzata b’tali mod li l-attività tal-assigurazzjoni tal-ħajja hija distinta minn attività tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja.
L-interessi rispettivi ta’ titolari tal-poloz tal-ħajja u mhux tal-ħajja m’ għandhomx jiġu ppreġudikati u, b’mod partikolari, il-profitti mill-assigurazzjoni tal-ħajja għandhom jibbenefikaw titolari tal-poloz tal-ħajja daqs li kieku l-impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja eżerċitat biss l-attività tal-assigurazzjoni tal-ħajja.
|
|
Artikolu 74 2.
|
Bla ħsara għall-Artikoli 100 u 128, l-impriżi tal-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 73(2) u (5) għandhom jikkalkolaw:
(a)
il-Kapital Minimu Rekwiżit i nozzjonali tal-assigurazzjoni tal-ħajja fir-rigward tal-attività tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni tal-ħajja tagħhom, ikkalkolat bħallikieku l-impriża kkonċernata wettqet biss dik l-attività, abbażi tal-kontijiet separati msemmija fil-paragrafu 6; u
(b)
il-Kapital Minimu Rekwiżit nozzjonali tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja fir-rigward tal-attività tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni mhux tal-ħajja tagħhom, ikkalkolat bħallikieku l-impriża kkonċernata wettqet biss dik l-attività, abbażi tal-kontijiet separati msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 74 3.
|
Bħala minimu, l-impriżi tal-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 73(2) u (5) għandhom ikopru s-segwenti b’ammont ekwivalenti ta’ elementi ta’ fondi proprji bażiċi eliġibbli:
(a)
il-Kapital Minimu Rekwiżit nozzjonali tal-assigurazzjoni tal-ħajja, fir-rigward tal-attività tal-assigurazzjoni tal-ħajja;
(b)
il-Kapital Minimu Rekwiżit nozzjonali tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, fir-rigward tal-attività tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja.
L-obbligi minimi finanzjarji, imsemmija fl-ewwel subparagrafu, fir-rigward ta’ attività tal-assigurazzjoni tal-ħajja u attività tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, ma jistgħux ikunu akkarigu tal-attivitajiet l-oħra.
|
|
Artikolu 74 4.
|
Sakemm l-obbligi minimi finanzjarji msemmija fil-paragrafu 3 huma ssodisfati u sakemm l-awtorità superviżorja hija informata, l- impriża tista’ tuża biex tkopri
►C4
r- Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza
◄ msemmi fl-Artikolu 100, l-elementi espliċiti tal-fondi proprji eliġibbli li għadhom disponibbli għal attività waħda jew l-oħra.
|
|
Artikolu 74 5.
|
L-awtoritajiet superviżorji għandhom janalizzaw ir-riżultati fl-attivitajiet sew tal-assigurazzjoni tal-ħajja kif ukoll dik mhux tal-ħajja sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-paragrafi 1 sa 4 jiġu soddisfatti.
|
|
Artikolu 74 6.
|
Il-kontijiet għandhom jitfasslu sabiex juru l-għejun tar-riżultati għall-assigurazzjoni tal-ħajja u assigurazzjoni mhux tal-ħajja separatament. L-introjtu kollu b’mod partikolari premiums, pagamenti minn assiguraturi mill-ġdid u introjtu ta’ investiment, u l-infiq, b’mod partikolari ħlas ta’ assigurazzjoni, żidiet għad-dispożizzjonijiet tekniċi, assigurazzjonijiet mill-ġdid ta’ premiums u spejjeż ta’ operazzjoni fir-rigward ta’ negozju ta’ assigurazzjoni għandhom jinqasmu skont l-oriġini. Elementi komuni għaż-żewġ attivitajiet għandhom jiġu iskritti fil-kotba skont il-metodi ta’ tqassim li għandhom jiġu aċċettati mill-awtorità superviżorja.
Impriżi tal-assigurazzjoni għandhom, abbażi tal-kontijiet, jippreparaw dikjarazzjoni li fiha l-elementi tal-fondi proprji bażiċi eliġibbli li jkopru kull Rekwiżit Kapitali Minimu nozzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 2 huma identifikati b’mod ċar, skont l-Artikolu 98(4).
|
|
Artikolu 74 7.
|
Jekk l-ammont tal-elementi tal-fondi proprji bażiċi eliġibbli fir-rigward ta’ waħda mill-attivitajiet huwa insuffiċjenti biex ikopri l-obbligi finanzjarji minimi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, l-awtoritajiet superviżorji għandhom japplikaw għall-attività defiċjenti l-miżuri previsti f’din id-Direttiva, ikunu xi jkunu r-riżultati fl-attività l-oħra.
B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, dawk il-miżuri jistgħu jinvolvu l-awtorizzazzjoni ta’ trasferiment ta’ elementi espliċiti ta’ fondi proprji bażiċi eliġibbli minn attività waħda għall-oħra.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|