Jekk l-ammont tal-elementi tal-fondi proprji bażiċi eliġibbli fir-rigward ta’ waħda mill-attivitajiet huwa insuffiċjenti biex ikopri l-obbligi finanzjarji minimi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, l-awtoritajiet superviżorji għandhom japplikaw għall-attività defiċjenti l-miżuri previsti f’din id-Direttiva, ikunu xi jkunu r-riżultati fl-attività l-oħra.
B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, dawk il-miżuri jistgħu jinvolvu l-awtorizzazzjoni ta’ trasferiment ta’ elementi espliċiti ta’ fondi proprji bażiċi eliġibbli minn attività waħda għall-oħra.