|
+Artikolu 75 3. |
Artikolu 75 3.Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-istima tal-assi u l-obbligazzjonijiet, l-AEAPX għandha, suġġetta għall-Artikolu 301b, tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
(a)
l-punt safejn l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2 jeħtieġu l-użu ta' standards ta' kontabbiltà internazzjonali kif adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, il-konsistenza ta' dawk l-istandards ta' kontabbiltà mal-approċċ ta' valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet kif stabbilit fil-paragrafi 1 u 2;
(b)
il-metodi u s-suppożizzjonijiet li għandhom jintużaw fejn il-prezzijiet kwotati tas-suq jew ma jkunux disponibbli jew fejn standards kontabilistiċi internazzjonali, kif adottati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 ikunu temporanjament jew permanentement inkonsistenti mal-approċċ tal-valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet kif stabbilit fil-paragrafi 1 u 2.
(c)
il-metodi u s-suppożizzjonijiet li għandhom jintużaw fl-istimar tal-assi u l-obbligazzjonijiet kif stipulati fil-paragrafu 1, fejn l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2 jippermettu l-użu ta' metodi alternattivi ta' valwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|