+Artikolu 77f 1.

Artikolu 77f 1.

L-AEAPX għandha, fuq bażi annwali u sal-1 ta' Jannar 2021, tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-impatt tal-applikazzjoni tal-Artikoli 77a sa 77e u 106, l-Artikolu 138(4) u l-Artikoli 304, 308c u 308d, inklużi l-atti delegati jew l-atti ta' implimentazzjoni adottati f'konformità magħhom.

L-awtoritajiet superviżorji għandhom, fuq bażi annwali matul dak il-perjodu, jipprovdu lill-AEAPX b'din l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

id-disponibilità tal-garanziji fuq terminu twil fil-prodotti tal-assigurazzjoni fis-swieq nazzjonali tagħhom u l-imġiba tal-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni bħala investituri fuq terminu twil;

(b) 

In-numru ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li japplikaw l-aġġustament ta' korrispondenza, l-aġġustament tal-volatilità, l-estensjoni tal-perjodu ta' rkupru skont l-Artikolu 138(4), is-sottomodulu tar-riskju ta' ekwità bbażat fuq id-dewmien u l-miżuri tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikoli 308c u 308d;

(c) 

l-impatt fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-aġġustament ta' korrispondenza, l-aġġustament tal-volatilità, il-mekkaniżmu tal-aġġustament simetriku għall-imposta tal-kapital tal-ekwità, is-sottomodulu tar-riskju ta' ekwità bbażat fuq id-dewmien u l-miżuri tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikoli 308c u 308d, fil-livell nazzjonali u b'mod anonimu għal kull impriża;

(d) 

l-effett tal-aġġustament ta' korrispondenza, l-aġġustament ta' volatilità, il-mekkaniżmu tal-aġġustament simetriku għall-imposta tal-kapital tal-ekwità u s-sottomodulu tar-riskju ta' ekwità bbażat fuq id-dewmien fuq l-imġiba tal-investiment tal-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u jekk jipprovdux salvataġġ tal-kapital mhux xieraq;

(e) 

l-effett ta' kull estensjoni tal-perjodu ta' rkupru skont l-Artikolu 138(4) fuq l-isforzi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni biex jerġa' jiġi stabbilit il-livell ta' fondi proprji eliġibbli li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew biex jitnaqqas il-profil tar-riskju sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(f) 

fejn l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni japplikaw il-miżuri tranziżżjonali stabbiliti fl-Artikoli 308c u 308d, jekk jikkonformawx mal-pjanijiet ta' introduzzjoni progressiva msemmija fl-Artikolu 308e u l-prospetti għal dipendenza mnaqqsa fuq dawn il-miżuri tranżizzjonali, inklużi l-miżuri li ttieħdu jew li huma mistennija li jittieħdu mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-ambjent regolatorju tal-Istat Membru kkonċernat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.