|
+Artikolu 82 Il-kwalità tad-data u l-applikazzjoni ta’ approssimazzjonijiet, inklużi approċċi skont il-każ, għad-dispożizzjonijiet tekniċi |
Artikolu 82 Il-kwalità tad-data u l-applikazzjoni ta’ approssimazzjonijiet, inklużi approċċi skont il-każ, għad-dispożizzjonijiet tekniċiArtikolu 82 Il-kwalità tad-data u l-applikazzjoni ta’ approssimazzjonijiet, inklużi approċċi skont il-każ, għad-dispożizzjonijiet tekniċi L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom proċessi u proċeduri interni sabiex jiżguraw li d-data użata fil-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi tagħhom hija xierqa, kompluta u preċiża. Fil-każijiet fejn, f’ċirkostanzi speċifiċi, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jkollhomx biżżejjed data ta’ kwalità xierqa biex japplikaw metodu attwarju affidabbli għal sett jew taqsima partikolari tal-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tagħhom, jew ammonti rkuprabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u vetturi b’għan speċjali, approssimazzjonijiet xierqa, inklużi approċċi skont il-każ, jistgħu jintużaw fil-kalkolu tal-aħjar stima. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|