+Taqsima 2 Ir-regoli dwar id-dispożizzjonijiet tekniċi
---+Artikolu 76 Dispożizzjonijiet ġenerali
------+Artikolu 76 1.
------+Artikolu 76 2.
------+Artikolu 76 3.
------+Artikolu 76 4.
------+Artikolu 76 5.
---+Artikolu 77 Il-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi
------+Artikolu 77 1.
------+Artikolu 77 2.
------+Artikolu 77 3.
------+Artikolu 77 4.
------+Artikolu 77 5.
---+Artikolu 77a Estrapolazzjoni tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax bla riskju rilevanti
---+Artikolu 77b Aġġustament ta' korrispondenza għall-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju
------+Artikolu 77b 1.
------+Artikolu 77b 2.
------+Artikolu 77b 3.
---+Artikolu 77c Kalkolu tal-aġġustament ta' korrispondenza
------+Artikolu 77c 1.
------+Artikolu 77c 2.
---+Artikolu 77d Aġġustament ta' volatilità għall-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju
------+Artikolu 77d 1.
------+Artikolu 77d 2.
------+Artikolu 77d 3.
------+Artikolu 77d 4.
------+Artikolu 77d 5.
------+Artikolu 77d 6.
---+Artikolu 77e Informazzjoni teknika prodotta mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol
------+Artikolu 77e 1.
------+Artikolu 77e 2.
------+Artikolu 77e 3.
---+Artikolu 77f Rieżami tal-miżuri tal-garanziji fuq terminu twil u miżuri dwar ir-riskju tal-ekwitajiet
------+Artikolu 77f 1.
------+Artikolu 77f 2.
------+Artikolu 77f 3.
------+Artikolu 77f 4.
---+Artikolu 78 Elementi oħrajn li għandhom jitqiesu fil-kalkolu tad-dispożizzjonjiet tekniċi
---+Artikolu 79 Il-valutazzjoni tal-garanziji finanzjarji u l-opzjonijiet kuntrattwali inklużi fil-kuntratti tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni
---+Artikolu 80 Segmentazzjoni
---+Artikolu 81 Irkuprabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u vetturi b’għan speċjali
---+Artikolu 82 Il-kwalità tad-data u l-applikazzjoni ta’ approssimazzjonijiet, inklużi approċċi skont il-każ, għad-dispożizzjonijiet tekniċi
---+Artikolu 83 Paragun abbażi tal-esperjenza
---+Artikolu 84 L-adegwatezza tal-livell tad-dispożizzjonijiet tekniċi
---+Artikolu 85 Żieda ta’ dispożizzjonijiet tekniċi
---+Artikolu 86 Atti delegati u standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni
------+Artikolu 86 1.
------+Artikolu 86 2.
------+Artikolu 86 3.

Taqsima 2 Ir-regoli dwar id-dispożizzjonijiet tekniċi

Taqsima 2 Ir-regoli dwar id-dispożizzjonijiet tekniċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 76 Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 77 Il-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi
Artikolu 77a Estrapolazzjoni tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax bla riskju rilevanti

Artikolu 77a

Estrapolazzjoni tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax bla riskju rilevanti

Id-determinazzjoni tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti msemmija fl-Artikolu 77(2) għandha tagħmel użu mill-informazzjoni li ġejja minn strumenti finanzjarji rilevanti u tkun konsistenti magħha. Dik id-determinazzjoni għandha tikkunsidra l-istrumenti finanzjarji rilevanti ta' dawk il-maturitajiet fejn is-swieq għal dawk l-istrumenti finanzjarji kif ukoll għall-bonds ikunu profondi, likwidi u trasparenti. Għal maturitajiet fejn is-swieq għall-istrumenti finanzjarji rilevanti jew għal bonds ma jkunux għadhom profondi, likwidi u trasparenti, l-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti għandha tiġi estrapolata.

Il-parti estrapolata tal-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju għandha tkun ibbażata fuq rati forward li jikkonverġu gradwalment minn rata tal-imgħax waħda jew sett ta' rati tal-imgħax fir-rigward tal-itwal maturitajiet li għalihom l-istrumenti finanzjarji rilevanti u l-bonds f'dik il-valuta jistgħu jiġu osservati f'suq profond, likwidu u trasparenti sa rata forward aħħarija.

Artikolu 77b Aġġustament ta' korrispondenza għall-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju
Artikolu 77c Kalkolu tal-aġġustament ta' korrispondenza
Artikolu 77d Aġġustament ta' volatilità għall-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju
Artikolu 77e Informazzjoni teknika prodotta mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol
Artikolu 77f Rieżami tal-miżuri tal-garanziji fuq terminu twil u miżuri dwar ir-riskju tal-ekwitajiet
Artikolu 78 Elementi oħrajn li għandhom jitqiesu fil-kalkolu tad-dispożizzjonjiet tekniċi

Artikolu 78

Elementi oħrajn li għandhom jitqiesu fil-kalkolu tad-dispożizzjonjiet tekniċi

Minbarra l-Artikolu 77, waqt il-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jieħdu kont ta’ dawn li ġejjin:

(1) 

l-ispejjeż kollha li jiġġarrbu waqt il-ħlas ta’ obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni;

(2) 

l-inflazzjoni, inkluż inflazzjoni fuq spejjeż u klejms;

(3) 

il-ħlasijiet kollha lit-titolari tal-poloz u lill-benefiċjarji, inkluż bonusijiet diskrezzjonarji futuri, li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni biħsiebhom jagħmlu, sew jekk huma jew mhumiex kuntrattwalment garantiti, ħlief jekk dawk il-ħlasijiet jaqgħu taħt l-Artikolu 91(2).

Artikolu 79 Il-valutazzjoni tal-garanziji finanzjarji u l-opzjonijiet kuntrattwali inklużi fil-kuntratti tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni

Artikolu 79

Il-valutazzjoni tal-garanziji finanzjarji u l-opzjonijiet kuntrattwali inklużi fil-kuntratti tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni

Waqt il-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jieħdu kont tal-valur tal-garanziji finanzjarji u kull opzjoni kuntrattwali inkluża fil-poloz tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.

Kull suppożizzjoni magħmula minn impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fir-rigward tal-probabbiltà li t-titolari tal-poloz se jeżerċitaw opzjonijiet kuntrattwali, inkluż skadenzi jew ċessjonijiet ta’ poloz, għandha tkun realistika u bbażata fuq informazzjoni kurrenti u kredibbli. Is-suppożizzjonijiet għandhom iqisu, jew espliċitament jew impliċitament, l-impatt li jista’ jkollhom bidliet fil-ġejjieni fil-kondizzjonijiet finanzjarji u mhux finanzjarji fuq l-eżerċizzju ta’ dawn l-opzjonijiet.

Artikolu 80 Segmentazzjoni

Artikolu 80

Segmentazzjoni

Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jissegmentaw l-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tagħhom fi gruppi ta’ riskju omoġenei, u bħala minimu skont linji ta’ negozju, meta jikkalkolaw id-dispożizzjonijiet tekniċi tagħhom.

Artikolu 81 Irkuprabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u vetturi b’għan speċjali

Artikolu 81

Irkuprabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u vetturi b’għan speċjali

Il-kalkolu mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tal-ammonti rkuprabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u vetturi b’għan speċjali għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 76 sa 80.

Meta jiġu kkalkolati ammonti rkuprabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u vetturi b’għan speċjali, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jieħdu kont tad-differenza fiż-żmien bejn l-irkupri u l-ħlasijiet diretti.

Ir-riżultat minn dan il-kalkolu għandu jiġi aġġustat sabiex iqis it-telf mistenni minħabba n-nuqqas ta’ ħlas tal-kontroparti. Dan l-aġġustament għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ inadempjenza mill-kontroparti u t-telf medju li jirriżulta minnu (telf minħabba inadempjenza).

Artikolu 82 Il-kwalità tad-data u l-applikazzjoni ta’ approssimazzjonijiet, inklużi approċċi skont il-każ, għad-dispożizzjonijiet tekniċi

Artikolu 82

Il-kwalità tad-data u l-applikazzjoni ta’ approssimazzjonijiet, inklużi approċċi skont il-każ, għad-dispożizzjonijiet tekniċi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom proċessi u proċeduri interni sabiex jiżguraw li d-data użata fil-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi tagħhom hija xierqa, kompluta u preċiża.

Fil-każijiet fejn, f’ċirkostanzi speċifiċi, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jkollhomx biżżejjed data ta’ kwalità xierqa biex japplikaw metodu attwarju affidabbli għal sett jew taqsima partikolari tal-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tagħhom, jew ammonti rkuprabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u vetturi b’għan speċjali, approssimazzjonijiet xierqa, inklużi approċċi skont il-każ, jistgħu jintużaw fil-kalkolu tal-aħjar stima.

Artikolu 83 Paragun abbażi tal-esperjenza

Artikolu 83

Paragun abbażi tal-esperjenza

L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom ikollhom stabbiliti proċessi u proċeduri biex l-aħjar stimi, u s-suppożizzjonijiet li jsejsu l-kalkolu tal-aħjar stimi, jitqabblu regolarment mal-esperjenza.

Meta l-paragun jidentifika devjazzjoni sistematika bejn l-esperjenza u l-kalkoli tal-aħjar stima tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-impriża kkonċernata għandha tagħmel aġġustamenti xierqa lill-metodi attwarji li qed jiġu użati u/jew is-suppożizzjonijiet li jkunu qed isiru.

Artikolu 84 L-adegwatezza tal-livell tad-dispożizzjonijiet tekniċi

Artikolu 84

L-adegwatezza tal-livell tad-dispożizzjonijiet tekniċi

Fuq talba mill-awtoritajiet superviżorji, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom juru kemm huwa xieraq il-livell tad-dispożizzjonijiet tekniċi tagħhom, kif ukoll l-applikabbiltà u r-rilevanza tal-metodi applikati, u kemm hija xierqa d-data statistika sottostanti użata.

Artikolu 85 Żieda ta’ dispożizzjonijiet tekniċi

Artikolu 85

Żieda ta’ dispożizzjonijiet tekniċi

Sa fejn il-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma jikkonformax mal-Artikoli 76 sa 83, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jirrikjedu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jżidu l-ammont ta’ dispożizzjonijiet tekniċi sabiex jikkorrispondu mal-livell determinat skont dawk l-Artikoli.

Artikolu 86 Atti delegati u standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.