|
+Artikolu 86 1. |
Artikolu 86 1.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jistabilixxu dan li ġej:
(a)
metodoloġiji attwarjali u statistiċi għall-kalkolu tal-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 77(2);
(b)
il-metodoloġiji, il-prinċipji u t-tekniki għad-determinazzjoni tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 77(2);
(c)
iċ-ċirkostanzi li fihom il-provvedimenti tekniċi għandhom jiġu kkalkulati bħala total, jew bħala somma tal-aħjar stima u marġni tar-riskju, u l-metodi li għandhom jintużaw fil-każ fejn provvedimenti tekniċi jiġu kkalkulati fit-total, kif imsemmi fl-Artikolu 77(4);
(d)
il-metodi u s-suppożizzjonijiet li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-marġni tar-riskju inkluża d-determinazzjoni tal-ammont ta' fondi proprji eliġibbli meħtieġa għas-sostenn tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-kalibrazzjoni tar-rata tal-kost tal-kapital, kif imsemmi fl-Artikolu 77(5);
(e)
il-linji tan-negozju li fuq il-bażi tagħhom l-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jiġu segmentati sabiex jiġu kkalkulati l-provvedimenti tekniċi msemmija fl-Artikolu 80;
(f)
l-istandards li għandhom jintlaħqu għal dak li jirrigwarda l-iżgurar tal-adattezza, il-kompletezza u l-akkuratezza tad-data użata fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi, u ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom ikun xieraq li tintuża approssimizzazzjoni, inkluż l-approċċi każ b'każ, għall-kalkolu tal-aħjar stima, kif imsemmi fl-Artikolu 82;
(g)
speċifikazzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 77b(1) inklużi l-metodi, is-suppożizzjonijiet u l-parametri standard li għandhom jintużaw meta jiġi kkalkolat l-impatt tal-istress tar-riskju tal-mortalità msemmi fl-Artikolu 77b(1)(e);
(h)
speċifikazzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 77c inklużi s-suppożizzjonijiet u l-metodi li għandhom jiġu applikati fil-kalkolu tal-aġġustament ta' korrispondenza u l-firxa fundamentali;
(i)
metodi u suppożizzjonijiet għall-kalkolu tal-aġġustament ta' volatilità msemmi fl-Artikolu 77d inkluża formola għall-kalkolu tal-firxa msemmija fl-Artikolu 2 ta' dak l-Artikolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|