+Artikolu 86 Atti delegati u standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni
---+Artikolu 86 1.
---+Artikolu 86 2.
---+Artikolu 86 3.

Artikolu 86 Atti delegati u standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 86 1.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jistabilixxu dan li ġej:

(a) 

metodoloġiji attwarjali u statistiċi għall-kalkolu tal-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 77(2);

(b) 

il-metodoloġiji, il-prinċipji u t-tekniki għad-determinazzjoni tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-aħjar stima msemmija fl-Artikolu 77(2);

(c) 

iċ-ċirkostanzi li fihom il-provvedimenti tekniċi għandhom jiġu kkalkulati bħala total, jew bħala somma tal-aħjar stima u marġni tar-riskju, u l-metodi li għandhom jintużaw fil-każ fejn provvedimenti tekniċi jiġu kkalkulati fit-total, kif imsemmi fl-Artikolu 77(4);

(d) 

il-metodi u s-suppożizzjonijiet li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-marġni tar-riskju inkluża d-determinazzjoni tal-ammont ta' fondi proprji eliġibbli meħtieġa għas-sostenn tal-obbligi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-kalibrazzjoni tar-rata tal-kost tal-kapital, kif imsemmi fl-Artikolu 77(5);

(e) 

il-linji tan-negozju li fuq il-bażi tagħhom l-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jiġu segmentati sabiex jiġu kkalkulati l-provvedimenti tekniċi msemmija fl-Artikolu 80;

(f) 

l-istandards li għandhom jintlaħqu għal dak li jirrigwarda l-iżgurar tal-adattezza, il-kompletezza u l-akkuratezza tad-data użata fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi, u ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom ikun xieraq li tintuża approssimizzazzjoni, inkluż l-approċċi każ b'każ, għall-kalkolu tal-aħjar stima, kif imsemmi fl-Artikolu 82;

(g) 

speċifikazzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 77b(1) inklużi l-metodi, is-suppożizzjonijiet u l-parametri standard li għandhom jintużaw meta jiġi kkalkolat l-impatt tal-istress tar-riskju tal-mortalità msemmi fl-Artikolu 77b(1)(e);

(h) 

speċifikazzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 77c inklużi s-suppożizzjonijiet u l-metodi li għandhom jiġu applikati fil-kalkolu tal-aġġustament ta' korrispondenza u l-firxa fundamentali;

(i) 

metodi u suppożizzjonijiet għall-kalkolu tal-aġġustament ta' volatilità msemmi fl-Artikolu 77d inkluża formola għall-kalkolu tal-firxa msemmija fl-Artikolu 2 ta' dak l-Artikolu.

Artikolu 86 2.

Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-metodi għall-kalkoli ta' dispożizzjonijiet tekniċi, l-AEAPX għandha, bla ħsara għall-Artikolu 301b, tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) 

il-metodoloġiji li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-aġġustament għall-inadempjenza tal-kontroparti msemmi fl-Artikolu 81 iddisinjat sabiex jaqbdu t-telf mistenni minħabba l-inadempjenza tal-kontroparti;

(b) 

fejn meħtieġ, metodi u tekniċi simplifikati biex jiġu kkalkolati d-dispożizzjonijiet tekniċi, sabiex jiġi żgurat li l-metodi attwarji u statistiċi msemmija fil-punti (a) u (d) huma proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji sostnuti mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, inklużi l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni “captive”.

Qed tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 86 3.
Sabiex tiżgura kundizzjonijiet ta' applikazzjoni konsistenti tal-Artikolu 77b, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri għall-approvazzjoni tal-applikazzjoni ta' aġġustament ta' referenza msemmi fl-Artikolu 77b(1).

L-AEAPX għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2014.

Qed tiġi kkonferita s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.