+Artikolu 92 Atti delegati u standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni
---+Artikolu 92 1.
---+Artikolu 92 1a.
---+Artikolu 92 2.
---+Artikolu 92 3.
|
Artikolu 92 Atti delegati u standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 92 1.
|
Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tad-determinazzjoni tal-fondi proprji, l-AEAPX għandha, bla ħsara għall-Artikolu 301b, tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji għall-għoti tal-approvazzjoni superviżorja ta' fondi proprji anċillari skont l-Artikolu 90. Qed tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
|
Artikolu 92 1a.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a fej tispeċifika t-trattament tal-parteċipazzjonijiet, skont it-tifsira tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 212(2), f'istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu għal dak li jirrigwarda d-determinzzjoni ta' fondi proprji.
|
|
Artikolu 92 2.
|
Ishma f’istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu kif imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jinkludu li ġej:
(a)
parteċipazzjonijiet li impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom fi:
(i)
istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 4(1) u (5) tad-Direttiva 2006/48/KE;
(ii)
ditti tal-investiment fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;
(b)
klejms u strumenti subordinati msemmija fl-Artikolu 63 u l-Artikolu 64(3) tad-Direttiva 2006/48/KE li impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkollhom fir-rigward tal-entitajiet definiti fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu li fihom ikollhom sehem.
|
|
Artikolu 92 3.
|
Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni tal-Artikolu 90, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri għall-għoti ta' approvazzjoni superviżorja għall-użu ta' fondi proprji anċillari. L-AEAPX għandha tippreżenta dan l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2014. Qed tiġi kkonferita s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|