L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jikkalkolaw
►C4
ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ mill-inqas darba fis-sena u jirrapportaw ir-riżultat ta’ dak il-kalkolu lill-awtoritajiet superviżorji.
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom iżommu fondi proprji eliġibbli li jkopru l-aħħar
►C4
Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ rrappurtat.
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jimmonitorjaw l-ammont ta’ fondi proprji eliġibbli u
►C4
r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ fuq bażi kontinwa.
Jekk il-profil tar-riskju tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jiddevja konsiderevolment mis-suppożizzjonijiet sottostanti fl-aħħar
►C4
Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ rrappurtat, l-impriża kkonċernata għandha tikkalkola mill-ġdid
►C4
ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ mingħajr dewmien u tirrappurtah lis-superviżur tal-grupp.